Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA JILTAQA’ MA’ DELEGAZZJONI MILL-KUMMISSJONI EWROPEA GĦALL-EFFIĊJENZA FIL-ĠUSTIZZJA

pr2253
Date Icon 22/11/2011

Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern dalgħodu kellu laqgħa ma’ delegazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea għall-Effiċjenza fil-Ġustizzja tal-Kunsill tal-Ewropa (CEPEJ), fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa li bħalissa tinsab Malta biex tkompli x-xogħol tagħha b’rabta ma’ proċess ta’ evalwazzjoni u tħejjija ta’ proposti dwar is-sistema ġudizzjarja f’Malta.

Din kienet żjara oħra li qed issir minn din il-Kummissjoni wara li fis-sena 2008 l-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern u l-Prim Imħallef ta’ dak iż-żmien l-U.T. Vincent De Gaetano kienu qablu li għandu jsir proċess ta’ awditjar indipendenti ta’ dak li għaddej fil-Qorti ta’ Malta. Il-Kummissjoni, għalkemm qatt ma kellha talba simili, aċċettatha fis-sena 2009. F’Diċembru ta’ dik is-sena stess, saret l-ewwel żjara minn delegazzjoni tas-CEPEJ li bdiet ix-xogħol preliminari tagħha. Abbażi ta’ dan, diġà saru numru ta’ osservazzjonijiet preliminari li tlestew f’Mejju 2010.

Fl-osservazzjonijiet preliminari tagħha, il-Kummissjoni ffukat fuq numru ta’ punti importanti - fosthom l-aspett tal-kawżi ċivili, l-aspett tal-kawżi kriminali, it-taħriġ tal-professjonisti ġuridiċi, in-numru u l-kundizzjoni tagħhom, it-taħriġ tal-avukati, kif ukoll dwar l-amministrazzjoni u l-organizzazzjoni tal-Qorti.

Il-Kummissjoni ser tkompli ukoll taħdem f’iktar dettal  dwar l-imminaġġjar tax-xogħol ġudizzjarju fl-awli.

Għalhekk  fix-xhur li ġejjin ser ikomplu jsiru laqgħat mal-operaturi legali kollha li huma involuti fl-aspetti koperti minn dawn l-osservazzjonijiet biex wara jiġi ppreparat dokument iktar dettaljat mibni fuq il-pariri tal-Kummissjoni innifisha u s-suġġerimenti tal-istakeholders Maltin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow