Left arrow Go Back

IMNEDIJA L-ATTIVITAJIET GĦALL-MILIED U L-EWWEL TAS-SENA ORGANIZZATI MILL-KUNSILLI LOKALI

pr2232
Date Icon 18/11/2011

Permezz tal-Iskema Inizjattivi u Attivitajiet 2012, matul ix-xahar ta’ Diċembru, il-Gvern se jkun qed jgħin tmien Kunsilli Lokali jorganizzaw daqstant attivitajiet marbuta mal-Festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena. L-attivitajiet kollha, ħamsa f’Malta u tlieta f’Għawdex, issa huma stabbiliti fil-kalendarju tal-attivitajiet tal-Kunsilli Lokali għal Diċembru u kollha jattiraw eluf ta’ nies.

Id-dettalji dwar l-attivitajiet kollha ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said u li għaliha kienu preżenti s-Sindki u rappreżentanti tal-Kunsilli Lokali involuti jiġifieri n-Naxxar, in-Nadur, Għajnsielem, Paola, il-Mellieħa, Victoria, il-Belt Valletta u l-Floriana.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li f’dawn l-aħħar snin il-Kunsilli Lokali rnexxielhom jorganizzaw numru kbir ta’ attivitajiet li permezz tagħhom attiraw eluf ta’ Maltin u turisti.  Il-Gvern għen 137 attività ta’ dan it-tip, li minbarra li huma intiżi biex jippromwovu l-identitajiet tal-lokalitajiet rispettivi, jiġġeneraw il-kummerċ u minnhom igawdu n-negozji.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said saħaq fuq l-importanza li l-Kunsilli Lokali jinvolvu lill-komunità kummerċjali, lill-NGOs u lil għaqdiet oħra fil-komunitajiet tagħhom sabiex dawn l-attivitajiet ikunu verament suċċess.

Hu nnota kif fil-proposti għall-attivitajiet għal żmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena kif sottomessi mill-Kunsilli Lokali nfushom, dan il-punt ingħata importanza liema bħalha.  Minbarra d-divertiment u l-ispettaklu, se ssir enfasi fuq l-ikel tal-Milied u tradizzjonijiet oħra fosthom il-purċissjoni tal-bambin, il-presepju, u l-parteċipazzjoni ta’ korijiet, bands u baned lokali.

L-attivitajiet jinkludu attivitajiet ta’ lejla waħda u oħrajn mifruxa fuq perjodu ta’ ġimgħa u aktar. L-aktar attività twila hi Bethlehem f’Għajnsielem li se ddum kważi xahar, se tinvolvi madwar 150 attur u li se titlob il-parteċipazzjoni attiva tal-pubbliku.  Il-qofol jintlaħaq bi tliet attivitajiet kbar għall-massa li se jsiru lejliet l-ewwel tas-sena fil-Belt Victoria, fil-Belt Valletta u fil-Floriana.

Il-programm kollu tal-attivitajiet hu dan:

2 ta’ Diċembru sal-4 ta’ DiċembruIn-Nadur                     Nadur Christmas Market
4 ta’ DiċembruIn-Naxxar                    Naxxar Christmas Fest
11 ta’ Diċembru sat-8 ta’ JannarGħajnsielem                Bethlehem f’Għajnsielem
17 ta’ DiċembruPaola                           Milied f’Casal Paola
17 ta’ Diċembru sal-24 ta’ DiċembruIl-Mellieħa                   Milied Mellieħi
23 ta’ Diċembru/31 ta’ DiċembruVictoria                       Chorus Urbanus/

New Year in the City

31 ta’ DiċembruIl-Belt Valletta            Valletta NYE 2011
31 ta’ DiċembruIl-Floriana                   Malta New Year’s Eve

Celebration

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow