Left arrow Go Back

BUDGET LI JAGĦTI SPINTA LIR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI BĦALA SORS TA’ ĦOLQIEN TA’ ATTIVITÀ EKONOMIKA U L-IMPJIEGI

pr2230
Date Icon 18/11/2011

Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma għodda importanti biex pajjiżna jsaħħaħ il-kompetittività tiegħu, jiġġenera aktar attività ekonomika u joħloq aktar impjiegi. Dan huwa rikonoxxut fil-Baġit għall-2012 b’żieda sostanzjali fil-finanzjament ta’ fondi u proġetti marbuta ma’ dan is-settur. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech waqt żjara għand il-kumpanija Melitech, fiż-żona industrijali ta’ Kordin.

Is-sena li għaddiet Melitech investiet fi premises u makkinarju ġodda, anke bl-għajnuna tal-Malta Enterprise. Il-kumpanija fi ħsiebha tkompli tespandi l-operat tagħha u timpjega mill-anqas 2 inġiniera kull sena fil-ħames snin li ġejjin. Dan ifisser aktar investiment fit-taħriġ, fis-software u fit-tagħmir.

Tonio Fenech fakkar kif dan il-Baġit, li jagħti importanza kbira lill-ġenerazzjoni ta’ aktar attività ekonomika, biex nilqgħu għall-isfidi internazzjonali kbar li għad hemm, iddedika riżorsi importanti għar-ricerka u l-innovazzjoni. Huwa fakkar li nbeda x-xogħol  fuq   il-BioMalta   Campus:   park   industrijali b’investiment ta’ 30 miljun ewro, kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea, li se jipprovdi l-infrastruttura neċessarja    għar-riċerka    u    l-innovazzjoni    industrijali    lill- industrija tal-farmaċewtika u xjenzi relatati mal-ħajja.

Tonio Fenech tkellem ukoll dwar l-iskema 20millionforindustry, ko-finanzjata mill-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew, li ġiet estiża wara s-suċċess tal-ewwel sejħiet. Fl-ewwel tliet sejħiet 90 intrapriża ħadu bejniethom aktar minn 8 miljun ewro u investew aktar minn 17-il miljun fi proġetti marbuta mal-Innovazzjoni jew mar-Riċerka u l-Iżvilupp. Filfatt,matul is-sena d-dieħla mistennija tkun imnedija r-raba’ sejħa ta’ din l-iskema.

Se ssir Kampanja  t’għarfien dwar  l-innovazzjoni  u  t-tkabbir  ekonomiku  b’investiment  ta’kwart  ta’  miljun  ewro filwaqt li żdied wkoll  l-vot  tar-riċerka  tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija għal 1.6 miljun ewro. 

Barra   minn  dan   qed   jinħoloq   Fond   ġdid   biex   ngħinu  fl-internalizzazzjoni  tar-riċerka  u  l-innovazzjoni.  Ġew ivvutati wkoll fondi sabiex  ngħinu  lir-riċerkaturi  tagħna  jipparteċipaw fl-FP7 Programme ta’ l-Unjoni Ewropea. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow