Left arrow Go Back

AKTAR FACILITAJIET SPORTIVI: SALA SPORTIVA ĠDIDA TAL-BASKETBALL F’TA’ QALI

pr2190
Date Icon 13/11/2011

L-MBA tgawdi minn investiment ieħor ta’ €300,000 u minn art pubblika b’valur ta’ €450,000

Il-Gvern qieghed jghin lil-Malta Basketball Association twaqqaf sala gdida tal-basketball f’Ta Qali biex izid il-facilitajiet sportivi disponibbli ghal-basketball. Il-Gvern se jkun qed jghin billi jiffinanzja parti sostanzjali mill-progett u billi jghaddi aktar art pubblika lill-Assocjazzjoni tal-Basketball. Dan habbru l-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh u Sport waqt li inaghtaw id-dettalji ta’ faċilità gdida li se takkomoda żewg training courts biswit il-padiljun f’Ta’ Qali.

Clyde Puli fakkar li ftit tal-granet ilu il-Gvern ghadda 16 il-bicca art pubblika ohra lil 13-il ghaqda sportiva biex issa il-komunita Sportiva Maltija qed tamministra xejn anqas minn 124 bicca art pubblika b’valur kummercjali ta’ €46 miljun. Il-Basketball ukoll qed igawdi minn din l-iskema u fil-fatt aktar art pubblika ghaddiet ghand il-Malta Basketball Association f’dawn il-granet biex issa l-istess MBA qed tamministra art pubblika li ghandha valur kummercjali ta; aktar minn €450,000.

Is-Segretarju Parlamentari qal li wara li fl-2009 il-Gvern alloka xi haddiema tieghu u anke €93,000 mill-Fond għall-Kawżi Ġusti biex ikun jista’ jittranġa il-padiljun prezenti tal-basketball, il-Gvern qieghed issa jikkommetti ruhu li jassisti finanzjarjament lill-MBA  biex twaqqaf sala sportiva ohra li takkomoda żewg training courts tal-basketball. Din il-facilita sportiva gdida, minghajr il-valur tal-art, hija stmata li se tiswa aktar minn €300, 000. 

Clyde Puli qal li l-Gvern qieghed jaghmel dan l-investiment mhux biss biex tizdied il-professjonalità tal-logħba tal-basketball “iżda aktar minn hekk biex ninvestu fit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna, li rridu narawhom dejjem aktar attivi u f’sahhithom fizikament, mentalment u fil-karattru”.

Is-Segretarju Parlamentari appella lill-Komunita Sportiva biex tamministra b’responsabbilta l-investiment qawwi li qed isir fl-iSport Malti. Huwa heggeg ghal uzu ahjar tar-rizorsi u ghal sforz akbar biex tinholoq ekonomija madwar l-isport. Huwa fakkar li l-iskema ta’ assistenza ghal turizmu sportiv hija incentiv iehor biex dan isehh.

Il-President tal-Malta Basketball Association, Paul Sultana, qal li l-MBA offriet li tinvesti finanzjarjament mal-Gvern filwaqt li tidhol ghall-amministrazzjoni ta’ din il-facilita gdida ghaliex temmen li hija wkoll ghandha r-responsabbiltà taghha biex tghin tixxettel kultura sportiva fost it-tfal u z-zghazagh taghna. Hu irringrazzjja u applawda l-inizzjattiva tas-Segretartjat li jghin lill-ghaqda sportiva tal-Basketball Malti.

Ghal din ic-ceremonja kien hemm prezenti ukoll ic-Chairman tal-Kunsill Malti ghall-Isport  Bernard Vassallo, diretturi tal-KMS u l-kumtitat tal-Malta Basketball Association.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow