IL-BUDGET FUQ FACEBOOK, L-INTERNET U L-CALL CENTRE
Waqt il-preżentazzjoni tal-Budget, il-pubbliku se jkun jista’ jsegwi live l-informazzjoni dwar il-mizuri u l-inizzjattivi mhabbra fil-Budget fuq il-pagna ufficjali fuq Facebook u Twitter: Malta Budget.
Din is-sena wkoll, ghall-ewwel darba, hemm il-possibilta li l-pubbliku jista jsegwi l-ahhar informazzjoni fuq l-ismartphone permezz tal-application Malta Budget ghall-Iphone, Ipad u Android.
Wara li jitressaq il-Budget il-pubbliku jkun jista' jċempel fuq il-linja 188, biex jingħata informazzjoni jew jistaqsi mistoqsijiet dwar il-budget.
Għada t-Tnejn 14 ta’ Novembru, din il-linja ta’ informazzjoni se tkun qed titħaddem sa nofs il-lejl, filwaqt li mill-għada t-Tlieta 15 ta’ Novembru sa nhar il-Hadd 27 ta’ Novembru l-pubbliku se jkun jista’ jċempel bejn it-8.00 am u t-8.00pm, bis-Sibt u l-Ħadd inklużi.
Min irid jista’ jibgħat ukoll e mail fuq malta.budget@gov.mt .
Informazzjoni u d-dokument tal-Budget se jkun jista’ jinkiseb ukoll minn fuq is-sit elettroniku www.opm.gov.mt/budget2012
Other Press Releases:
PR262011
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262010en