Left arrow Go Back

PASS IEĦOR LEJN BIDLA GĦALL-AĦJAR TAL-PITKALIJA – IFFIRMAT FTEHIM BIEX JINBEDA PROĠETT PILOTA

pr2178
Date Icon 11/11/2011

Dalgħodu twettaq pass konkret ieħor lejn bidla għall-aħjar tal-Pitkalija meta kien iffirmat ftehim bejn il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u l-Farmers Central Cooperative Socitey (FCCS) dwar proġett pilota biex tibda sseħħ bidla għal-aħjar fil-Pitkalija.

Il-proġett pilota li ntlaħaq ftehim fuqu llum għandu jdum 6 xhur biex wieħed jara u janalizza kif il-bidliet proposti se jkunu qed jiġu implimentati. Dan għandu jwassal biex eventwalment tkompli ssir ir-riforma tant meħtieġa u importanti tal-Pitkalija. L-FCCS qed taqbel li hemm bżonn ir-riforma tal-Pitkalija u taqbel mal-prinċipji ta’din ir-riforma;

Il-Ministru Pullicino li attenda għal dan l-iffirmar saħaq li din hija riforma msejsa fuq tliet prinċipji:

  • li l-bidwi jikseb valur xieraq u adattat għall-prodott tiegħu li jkun marbut ma’ grading;
  • li l-bidwi jkun jaf x’qed isir mill-prodott tiegħu; u
  • li r-rwol tal-pitkal ikun dak ta’ sensar;

il-ftehim varat illum jisħaq fuq l-importanza ta’ taħriġ għal bdiewa biex:

  • jitwettaq il-pjan ta’ uċuħ tar-raba, u
  • l-bdiewa jibdew jisseparaw l-prodotti tagħhom fi gradi, liema metodi ta' gradazzjoni jinkludu fost oħrajn il-kwalità u d-dehra tal-prodott

Matul il-perijodu ta’ dan il-proġett pilota għandha tinħoloq sistema ta' traċċabilità li biha l-proċess kollu mir-razzett sa fuq il-mejda tal-ikel ikun jista’ jiġi segwit  b'mod ċar fl-istadji kollha. Għandha tiġi introdotta sistema ta' kannestri/kaxxi ġodda; li għandhom jiġu utilizzati mill-bdiewa għall-prodotti tagħhom. Madankollu, il-ftehim jgħid li d-dettalji dwar din is-sistema ta' kaxxi ġodda għad iridu jiġu diskussi f'aktar dettall u addattati matul il-kors tal-proġett pilota.

Il-Ministru Pullicino għalaq billi qal li t-triq li nbniet illum qed issir biex ikollna kuntest ta’ aktar sigurta’ tal-ikel bit-tisħiħ ta’ traċċabilita’, prodott frisk u aħjar bi prezz xieraq u dan għall-benefiċċju tal-konsumaturi li se jkollhom aktar raġunijiet għalfejn jibqgħu jagħżlu l-prodott frisk lokali.

Ix-xogħol infrastrutturali, ristrutturar u s-sistema tal-IT biex issir ir-riforma fil-Pitkalija hu stmat li se jiġi jiswa madwar €6 miljun. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow