DISKORS TAL-PRIM MINISTRU LAWRENCE GONZI FIS-SEDUTA PARLAMENTARI TAT-TLIETA, 8 TA’ NOVEMBRU 2011
Mr Speaker,
Dak li qieghdin naghmlu il-lejla jixhed l-importanza enormi tal-mument li bhalissa ghaddejjin minnu f’pajjizna fid-dawl ta’ dak li qieghed isehh madwarna. Hu car daqs il-kristall li l-instabbilita kbira li ahna mdawrin biha kemm fl-Ewropa kif ukoll fil-pajjizi girien taghna fid-dinja Gharbija, jitolbu minghandna lkoll sens ta’ responsabbilta kbira li twiegeb ghal piz li lkoll kemm ahna qieghdin ingorru kuljum.
Qeghdin f’mument fejn decizjoni wahda zbaljata tista tizbilancja l-qaghda ekonomika u fiskali ta’ pajjizna u hekk tipperikola mhux biss il-prezent izda wkoll il-futur tal-familji taghna, tal-haddiema taghna, ta’ uliedna, taz-zghazagh taghna, u tal-anzjani taghna.
Kien proprju ghal dawn ir-ragunijiet li deherli li wasal il-mument li ndur fuq din il-Kamra u nistedinha tiddkjara l-vot ta fiducja taghha fil gvern li jiena qieghed immexxi. L-iskop ta’ dan ma huwiex wiehed kosmetiku jew simboliku, imma huwa skop li jrid jwassal ghal serenita fil-mixja taghna halli nkomplu nirbhu l-ghawg li iffaccjajna u qieghdin niffaccjaw u nkomplu niffaccja, halli nkomplu noholqu l-gid u nqassmuh b’gustizzja socjali.
Din it-talba ghamiltha ghaliex, f’dan il-mument, fi zmien meta madwarna hawn sitwazzjoni ta’ incertezza kbira, il-poplu taghna jixraqlu li jkun jaf fejn qieghed mal-Gvern tieghu. Il-poplu jixraqlu li jkollu Gvern stabbli u li jista’ jistrieh fuqu. Il-poplu ghandu d-dritt li jkun jaf fejn qieghed fuq din il-materja ta’ interess nazzjonali.
Din it-talba ghamiltha jien, b’sens ta’ responsabbilita’ tal-kariga li nokkupa, ghaliex jiena mhux lest inhalli lill-poplu f’xi dubju dwar l-istabbilta’ tal-Gvern.
Ghaldaqstant huwa xieraq li wara d-dibattitu tal-lejla jittiehed vot sabiex jigi determinat b’mod car jekk il-Gvern li mmexxi jien ghandux il-fiducja ta’ din il-Kamra. Jekk il-vot jaghti fiducja lill-Gvern li mmexxi jien, allura jiena qed nimpenja ruhi li nkompli nahdem b’hilti kollha fl-ahjar interess ta’ pajjizna u tal-poplu Malti u Ghawdxi.
Ic-cirkustanzi ta’ madwarna
Mr Speaker, dan id-dibattitu qed isir f’kuntest partikolari hafna.
Qed isir f’kuntest ta’ sitwazzjoni ta’ incertezza kbira kemm regjonali madwarna kif ukoll globali. Hawn min jaqbillu li ma jitkellimx dwar dak li qed isehh madwarna ghaliex jibza li tohrog il-verita’ dwar kemm ahna sejrin ahjar minn haddiehor. Hawn min jinjora dak li qed jigri madwarna daqs li kieku ahna qed nghixu f’bozza maqtugha mir-realta’. Hawn min ma jghid xejn dwar dak li qed isehh madwarna daqs li kieku ahna ma nigux affettwati minn dak li jsehh madwarna. Hawn min jostor dak li ghaddejjin minnu u dak li ghaddejja minnu bhalissa d-dinja ma jmurx in-nies iqabblu u jirrealizzaw li, wara kollox, il-Gvern prezenti qieghed imexxi tajjeb.
Izda tahbi kemm tahbi, tostor kemm tostor, tinjora kemm tinjora, il-verita’, bhaz-zejt, titla’ f’wicc l-ilma. U jibqa l-fatt li s-sitwazzjoni ta’ madwarna hija wahda prekarja. Kull min jixghel it-televizjoni – ghaliex illum nghixu f’pajjiz fejn b’xorti tajba ghandna ghazla shiha fix-xandir – kull min isegwi l-ahbarijiet jifhem mill-ewwel x’qed nghid.
Qabel l-ahhar elezzjoni, matul il-kampanja elettorali, fi Frar tal-2008, - ftit gimghat qabel l-elezzjoni generali - jiena kont wissejt li fuq l-orizzont kien jidher gej shab iswed tal-maltemp. Dan ghamiltu mhux wara l-elezzjoni izda qabel l-elezzjoni. Kont wissejt li d-decizjoni tal-elezzjoni kienet importanti ghaliex il-poplu Malti u Ghawdxi kellu ghazla cara quddiemu u kellu jaghzel f’idejn min kien se jafda t-tmexxija tal-pajjiz f’dik is-sitwazzjoni.
L-ghazla l-poplu ghamilha. U l-Kamra taf li l-poplu ghazel li jafda lili u l-Gvern immexxi minni.
Minn dak in-nhar ghaddew ftit aktar minn tlett snin u nofs li matulhom inqala minn kollox. Wara kullhadd bravu jghid il-Malti. Illum li nista nhares lura lejn l-isfidi kbar li iffaccjajna u irbahna flimkien, nista nghid b’idejja fuq il-kuxjenza li jekk ghamilt zball matul dik il-kampanja elettorali kien li, filwaqt li bassart il-maltemp, ma kellix idea li l-maltemp seta’ jkun tant kbir u li kellu jahkem lid-dinja kollha kemm hi, ibda bl-Istati Uniti fil-Harifa tal-istess sena 2008 u spicca fl-Ewropa. Kien zball. Izda kien zball ta’ kulhadd ghaliex hadd mill-mexxejja tad-dinja kollha ma kienu bassru li konna se niffaccjaw l-aghar krizi finanzjarja u ekonomiku f’dawn l-ahhar mitt sena. Hawn min jiddeskriviha The Perfect Storm. Terga, dik il-maltempata kienet biss il-bidu ta’ sensiela ta’ maltempati li hakmu wahda wara l-ohra, ma jaqtghu xejn, minn dak iz-zmien ‘l hawn.
B’hekk l-isfidi li kellna mill-mument li jiena hadt il-kariga fl-2008 ma qatghu xejn. Mhux ghax ma kellix sfidi fil-legislatura l-ohra, imma dawk irbahnihom. Izda x-xenarju f’din il-legislatura inbidel kompletament. Jghaddi maltemp u jigi iehor. Jieqaf terremot u jibda iehor. Jitlaq tsunami u jasal iehor.
Izda, Mr Speaker, nahseb li illum kullhadd jafna sew. Il-maltemp lilna ta’ din in-naha ma jbezzaniex ghaliex ahna dejjem kellna u jibqa jkollna fiducja shiha fil-poplu taghna li jaf johrog l-aqwa tieghu proprju meta jitfacca iz-zmien tal-prova. Ahna il-Partit li qatt ma ghajjarna lill-poplu taghna makku. Ahna l-Partit li kull meta kellna l-poter f’idejna ghamilna hilitna biex naghtu dinjita, statura, rispett u gharfien lil dan il-poplu li jista jkun ckejken fid-daqs imma li ma ghandu xejn nieqes minn haddiehor.
Il-lejla, b’dak li ser naghmlu flimkien, b’dak il-vot li ser nezercitaw fl-ahhar ta’ dan id-dibattitu ser inkunu qeghdin nergghu ntennu dik il-fiducja li ahna ghandna mhux biss fina infusna, imma fina flimkien mal-poplu kollu taghna.
Ippermettli, Mr Speaker, infakkar li t-taqlib li sibna ma wiccna proprju ftit xhur biss wara l-ahhar elezzjoni generali beda fis-settur finanzjarju fl-Amerika fl-2008 u nfirex mad-dinja kollha u eventwalment laqat sew lill-Ewropa u anke lilna.
Mhux ta’ b’xejn li jghidu li meta taghtas l-Amerika, l-Ewropa tiehu rih.
U t-taqlib ma baqax wiehed biss finanzjarju. Sar taqlib kbir ekonomiku.
U dan ifisser illi l-krizi ekonomika bdiet thedded mhux biss ic-cirkulazzjoni tal-flus fil-banek izda anki l-flus fil-bwiet tan-nies, bdiet tnawwar il-fiducja tal-konsumaturi u bdiet twassal ghat-telfien massicc ta’ impiegi madwar id-dinja.
Min haseb li dak li sehh fl-2008, issa gheb malajr induna xi zball kien qieghed jaghmel. Ahna wkoll f’Malta, wara l-interventi massicci li ghamilna fl-2009 u fl-2010 biex insalvaw l-eluf ta’ impiegi tal-haddiema taghna, hallasna prezz ghaliex id-deficit taghna fl-2008 kellu jikber u qabez l-4% tal-GDP meta l-mira taghna kienet li sa l-2013 nasslu ghal budget minghajr deficit. Kenna nirrevedu l-kalkoli kollha taghna u ergajna qbadna triq ta’ konsolidazzjoni fiskali biex inzommu l-fiducja fl-ekonomija ta’ dan il-pajjiz ghaliex huwa biss b’din il-fiducja li nistghu inkomplu noholqu l-impiegi.
Imma ma ghaddiex wisq zmien sakemm bdejna nindunaw li filwaqt li l-ekonomija taghna bdiet turi sinjali li qieghda tirpilja b’rizultati li gew certifikati mill-Kummissjoni Ewropeja, mill-Ewrostat u mill-Credit Ratring Agencies, dik tal-ekonomija ewropeja u dinjija bdiet terga turi sinjali ta’ inkwiet kbir.
Irrizulta li l-maltemp infiriex ‘il hinn mis-settur finanzjarju u ekonomiku u sfortunatament dahal sahansitra fil-kamp socjali – il-kamp tan-nies li huwa l-aktar delikat. B’hekk qed naraw protesti kbar f’pajjiz wara l-iehor minn-nies li jhossu li l-kwalita tal-hajja taghhom issa bdiet sejra lura flok ’il quddiem.
Fl-Istati Uniti, il-grupp “Occupy Wall Street” beda f’Lulju bi ftit mijiet u issa nfirex bhal huggiega. Tant, li llum il-fenomenu “Occupy” beda jaghti tifsira gdida lill-politika u l-mod ta’ kif il-politici jindirizzaw l-isfidi li ghandhom quddiemhom filwaqt li jzommu car quddiem ghajnejhom dak li jhossu n-nies.
Fi Spanja, fejn il-qghad spara ghal 20%, il-gruppi ta’ zghazagh maghrufa bhala “Indignados” beda bi ftit mijiet u nfirex f’eluf kbar u b’bosta bliet kemm fi Spanja kif ukoll f’pajjizi ohra Ewropej.
Fir-Renju Unit, is-Sajf li ghadda rajna rvellijiet tal-biza li hezzew mill-qiegh is-socjeta’ ta’ dak il-pajjiz. Rajna zghazagh u sahansitra tfal ikissru vetrini tal-hwienet u jisirqu bl-addocc sabiex jiehdu dak li dehrilhom li kellhom jiehdu. Sa certu punt dan kien fenomenu socjali gdid. Mhux aktar vjolenza ghas-semplici gost taghha izda vjolenza biex in-nies, zghazagh u sahansitra tfal, jisirqu dak li naqashom jew dak li ma setghux ihallsu ghalih.
Fl-Italja, ftit tal-jiem ilu wkoll rajna protesti kbar f’Ruma li wkoll spiccaw fi vjolenza kbira u inkwetanti hafna.
U fil-Grecja, gimgha wara gimgha, ghal dawn l-ahhar xhur, rajna protesti kbar u ma jaqtghu xejn ta’ poplu li ma jridx jaccetta li l-livell ta’ l-ghixien li kien dera’ bih, fil-fatt ma kienx jaffordjah, ma kienx jiflah ghalih. Poplu li kien dera li l-politiku jaghtik impieg mas-settur pubbliku. Poplu li kien dera jahrab milli jhallas taxxi. Poplu li kien dera b’beneficcji socjali u b’pensjonijiet gholja li ma kienx hemm minn fejn jithallsu. U hekk kif il-buzzieqa nfaqghet, rajna poplu shih iqum kontra mizuri ta’ awsterita’ mill-aktar horox, fosthom, it-tqaccit ta’ tletin elf impjegat mal-Gvern, zieda qawwija fil-VAT, fit-taxxi fuq il-fuel u f’bosta taxxi ohra u tnaqqis qawwi fil-pensjonjiet.
Mr Speaker, fl-Ewropa u fid-dinja zvilupata, is-sitwazzjoni ekonomika ta’ madwarna qed twassal ghal telf kbir ta’ fiducja fil-politika, fil-politici u sahansitra fl-istituzzjonijiet. In-nies mhumiex aktar jafdaw lil min imexxihom, ma jhossux li l-vuci taghhom qed tinstema’ u qed jaqtghu qalbhom ghal kollox mill-politika. Dan huwa preokkupanti hafna ghaliex jekk titnawwar il-fiducja bejn il-poplu u min imexxi tintilef il-legittimita’ tat-tmexxija. Huwa proprju ghaliex jiena konxji minn dak li qed isehh madwarna li jiena nifhem dak li jhossu n-nies anki hawn Malta. Huwa proprju ghax naf x’qed jigri madwarna li jien nahdem u nistinka biex il-poplu Malti ihossu stmat u mismugh, anki f’mumenti u f’sitwazzjonijiet fejn inkunu qed nitolbuh jaghmel sagrificci kbar. Zgur li hadd ma jahseb li jiena jew il-Gvern tieghi niehdu xi pjacir masokist li niehdu decizjonijiet iebsa. U ma rrid lil hadd jahseb li meta niehdu d-decizjonijiet iebsa, ahna nigu naqghu u nqumu mit-tbatija tan-nies jew mill-ilmenti taghhom.
U jekk dak li qed jigri fid-dinja zvilupatta mhux bizzejjed, din is-sena kienet ukoll karatterizzata minn terremot qawwi fid-dinja Gharbija proprju bieb u ghadba maghna. L-ewwel fit-Tunezija, imbaghad fl-Egittu u wara fil-Libja. F’mumenti sorprendenti li hadd ma kien jistenna, f’mumenti xokkanti u ta’ qtiegh il-qalb rajna lir-regim ta’ Ben Ali fit-Tunezija joghsfor f’tebqa t’ghajn wara protesti li tkebbsu mill-mewt martri ta’ guvni li ried ix-xoghol. U wara rajna r-regim ta’ Hosni Mubarak – minghalina l-aktar bniedem b’sahhtu fid-dinja Gharbija – jirrizenja wara protesti straordinarji u emozzjonanti fi Pjazza Tahrir fil-Kajr. U f’dawn l-ahhar jiem, wara tmien xhur ta’ gwerra civili, rajna l-qtil makabru ta’ Muammar Gaddafi u l-bidu ta’ era gdida anki fil-Libja.
Min kien qatt ibassar dan kollu sahansitra f’Jannar ta’ din is-sena?
Nirrepeti. Dak li sehh u qed isehh fid-dinja Gharbija huwa bieb u ghadba maghna . Kien hemm min – fosthom il-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat – li din ir-revoluzzjoni laqaghha b’mod stramb u ciniku – u qal li ghandna napprofittaw mill-ghawg fil-pajjizi gara taghna u naghmlu kampanja pubblicitarja biex it-turisti li jitilfu huma jigu hawn. Zelqa li tbaxxi d-dinjita’ tal-politiku li ghamel din l-istqarrija f’mument ta’ delikatezza enormi u zelqa li inevitabbilment ikkawzat imbarazz diplomatiku ghal pajjizna.
Ir-rivoluzzjoni li wettqu l-popli Gharab, gara taghna kien jisthoqqilhom ferm aktar rispett minn hekk.
U r-rivoluzzjoni li gabu huma – ghax din ma kienet xejn ghajr rebha tal-popli – biddlet id-dinja ta’ madwarna minn kif konna nafuha. U llum qed niffaccjaw dinja Gharbija ghal kollox differenti. Qed naraw era gdida. Qed naraw pajjizi gara li qed jibnu mill-gdid u mix-xejn il-pedamenti ta’ stati godda mibnija fuq id-demokrazija, fuq il-harsien tal-ligi u fuq ir-rispett lejn id-drittijiet fundamentali.
U f’Malta?
Meta tqis dan kollu u meta thares lejn dak li qed jigri fid-dinja, u fl-istess hin tara lil pajjizna, gzira ckejkna fil-Mediterran, jirnexxielha tirkeb dan l-ghawg kollu bilfors tasal ghal konkluzjoni li dan is-success ma huwiex xi kumbinazzjoni imma huwa success frott ta’ politika li qeghda tirnexxi u thalli r-rizultati. Tant hu hekk li l-fatti jkkonfermaw illi l-politika assigurat li l-poplu Malti u Ghawdxi ihoss mill-anqas l-effetti koroh ta’ dak kollu li qed jigri madwarna.
Issa huwa veru wkoll li f’dawn it-tlett snin kellna protesti mill-poplu taghna. L-ahhar wahda kienet nhar il-Gimgha li ghaddiet hawn fil-Belt Valletta. Imma dik il-protesta ma kienitx protesta ta’ nies li tkeccew mix-xoghol; ma kienitx protesta ta’ nies li tilfu l-hobza ta’ kuljum; ma kienitx protesta ta’ familji li ma jifilhux ghat-taxxi godda; ma kienitx protesta ta’ genituri li ma jistghux ihallsu ghall-edukazzjoni tat-tfal taghhom; ma kienitx protesta ta’ anzjani li m’ghandhomx kura tas-sahha b’xejn; ma kienitx protesta ta’ pensjonanti li tqacctitilhom il-pensjoni ... kienet protesta ta’ nies li jhossu li s-servizz gdid tat-trasport pubbliku mhuwiex efficjenti bizzejjed.
Diga kellna l-okkazjoni nitkellmu fit-tul il-gimgha li ghaddiet dwar ir-riforma tat-trasport pubbliku u mhux se nerga’ nidhol f’dak is-suggett illum. Izda iva, lest li nerga’ niskuza ruhi ma’ dawk in-nies li nhar il-Gimgha hargu jipprotestaw kontra s-servizz tat-trasport pubbliku u mal-poplu Malti kollu u nerga’ ntenni l-impenn totali tieghi u tal-Gvern tieghi li din ir-riforma nkomplu nwettquha sakemm taghti ir-rizultati shah taghha – jigifieri servizz tat-trasport pubbliku modern u efficjenti kif jixraq lill-poplu.
Kien proprju ghalhekk li dalghodu habbart it-twaqqif ta’ Task Force presjeduta minni biex naraw li r-riforma taghtina l-kwalita ta’ servizz li l-poplu taghna jixraqlu.
Izda Mr Speaker ippermettili nghid li hemm differenza kbira – kbira hafna – bejn il-kawza tal-protesta ta’ nhar il-Gimgha hawn fil-Belt Valletta u l-kawza tal-protesti fil-pajjizi ta’ madwarna; kemm fil-pajjizi Ewropej kif ukoll fil-pajjizi Gharab fin-nofsinhar taghna. Hemm differenza kbira. U jiena m’ghandix dubju li kulhadd jaf iqabbel u jifhem id-differenza bejn il-protesta tal-Belt Valletta u l-protesti fil-Grecja, fl-Italja, fi Spanja, fir-Renju Unit, fl-Istati Uniti u madwar id-dinja. Hemm differenza enormi ghax ir-raguni ghall-protesti huma ghal kollox differenti, anki jekk it-tnejn huma legittimi.
U huwa proprju dan il-punt li rrid nohrog.
Il-maltemp laqat lil kulhadd u laqat hazin lil hafna u hafna pajjizi. Izda pajjizna gharaf jirkeb il-mewg ghaliex kellu direzzjoni u kellu tmexxija soda.
S’issa irnexxielna niffaccjaw il-maltemp.
U iva, it-tir tieghi sahansitra minn qabel l-elezzjoni kien li, jekk ninghata l-fiducja fit-tmun ta’ dan il-pajjiz, jiena naghmel hilti kollha flimkien ta’ shabi sabiex nara li pajjizna jaghraf isib l-ahjar kenn mill-maltemp. Aktar u aktar meta l-maltemp sahansitra zviluppa fl-aghar krizi ekonomika li d-dinja rat fl-ahhar mitt sena.
Anzi mmur aktar ‘il hinn u nzid nghid li t-tir tieghi kien u jibqa li mhux talli neghlbu l-isfidi talli nbiddlu l-istess sfidi f’opportunitajiet.
Iva, inbiddlu l-isfidi f’opportunitajiet.
U kif se nuri, il-Gvern prezenti mmexxi minni mhux talli ffaccja l-maltemp talli, matul dawn l-ahhar tliet snin u nofs, irnexxielna naghmlu bosta kisbiet godda li qed iwasslu ghal titjib konsiderevoli fil-kwalita’ tal-hajja u fil-livell tal-ghixien tal-poplu Malti u Ghawdxi.
U dan ghamilnih mhux bil-kliem izda bil-fatti; dan ghamilnih mhux billi morna ghall-ghazliet facli izda billi morna ghall-ghazliet difficli; dan ghamilnih mhux billi qadna gallerija izda billi hadna azzjoni; dan ghamilnih mhux billi nfaqna bl-addocc izda billi nvestejna bil-ghaqal; dan ghamilnih mhux billi waqafna mal-ewwel oppozizzjoni jew resistenza izda billi hdima b’determinazzjoni kbira.
Halli naghti ezempju ta’ kif iffaccjajna l-maltemp f’dik li forsi kienet l-aktar decizjoni iebsa u kontroversjali u li talbet l-aktar sagrificcju iebes minghand in-nies: l-energija u l-kwistjoni tal-kontiijet tad-dawl u l-ilma.
Matul il-kampanja elettorali tal-2008 il-prezz taz-zejt kien diga tela’ f’livelli gholja. Izda mas-sajf ta’ dik is-sena spara ‘il fuq u lahaq livelli rekord ta’ kwazi $150 dollaru l-barmil. Dan nafuh ilkoll u hadd ma jista jghid li mhux minnu.
B’sens ta’ responsabbilita ahna hadna d-decizjoni li nzidu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma sabiex il-piz finanzjarju taz-zieda qawwija fil-prezz taz-zejt ikun jista jingarr. Kieku m’ghamilnix hekk kieku kien ikollna problemi serji ta’ nfiq pubbliku. Konna nzidu d-deficit pubbliku b’mod allarmanti u konna nimminaw l-istruttura finanzjarja tal-pajjiz.
Dan biex ma nsemmix iz-zelqa l-ohra tas-sena li ghaddet meta l-Kap tal-Opposizzjoni ipprova icekken dak li qieghdin naghmlu billi fahhar lil Cipru u qal li jmissna nikkupjaw dak li huma qieghdin jaghmlu. Illum nistaqsih jekk ghadux ta’ l-istess fehma? Jekk jafx li Cipru ghandhom deficit enormi u problema kbira f’dak li ghandu x’jasam mal generazzjoni tal-elettriku.
Iva, stajna nkunu aktar sensittivi ghall-impatt li dawn iz-zidiet fil-kontijiet hallew fuq il-poplu li kien imdorri ghal zmien u ghomor juza servizz ta’ dawl u ilma sussidjat anki meta l-prezz taz-zejt kien baxx. U dan in-nuqqas irrikonoxxejnih u ma qaghdnix niddejqu niskuzaw ruhna u nbiddlu. Ghamilna tibdiliet biex intaffu l-piz fuq dawk li jifilhu l-anqas. Ghax il-gustizzja socjali trid timplimenta b’mod partikolari f’dawn is-sitwazzjonijiet.
Sa llum ghad ghandna kwazi tletin elf familja l-aktar li ghandhom bzonn li ghadhom igawdu minn kontijiet sussidjati b’mod qawwi. Dan ifisser hlas ta’ miljuni ta’ ewros mit-taxxi li jhallas il-poplu taghna stess. Minghajr pjanar bil-ghaqal dan ma kienx ikun possibbli. B’hekk, il-piz qed jinqasam ahjar bejn min ghandu mnejn ihallas ghas-servizz u juzah kemm irid u min, fuq in-naha l-ohra, ghandu bzonn servizz baziku izda ma jiflahx ihallas ghalih. Dan huwa bilanc delikat u taqta minn fejn taqta se johrog id-demm. Izda sibna bilanc li filwaqt li talab sagrificcju kbir minghand in-nies – u dan jien l-ewwel wiehed li nirrikonoxxih – zammna f’pozizzjoni li stajna nkomplu bil-programm taghna sabiex ingibu l-finanzji tal-pajjiz fis-sod minghajr ma nzidu t-taxxi biex naghmlu tajjeb ghat-tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Ma waqafnix hemm.
Harisna lejn il-kwistjoni tal-kontijiet b’mod usa u b’mod globali.
Hadna d-decizjoni li nestendu l-power station ta’ Delimara sabiex niggarantixxu l-provvista tas-servizz ghall-lum u ghas-snin li gejjin. Din id-decizjoni kienet l-ahjar wahda li stajna niehdu sabiex inzommu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma f’livelli ragjonevoli. Li kieku ttiehdet mod iehor jew min haddiehor, l-impatt tal-estensjoni ta’ Delimara fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma kien ikun enormi.
Hadna d-decizjoni wkoll li ninvesti f’cable tal-elettriku sabiex ghall-ewwel darba nghaqqdu l-pajjiz mal-grid elettriku Ewropew. Dan se jippermettilna nixtru provvista tal-elettriku mis-suq Ewropew bi prezzijiet aktar kompetittivi minn dawk li bih nipproducuh hawn Malta. U ghaldaqstant, dan ukoll, ghamilnih bl-impatt fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma f’mohhna.
U ma rridux ninsew li kemm l-estensjoni ta’ Delimara kif ukoll dan il-cable se jippermettulna naghlqu darba ghal dejjem il-power station tal-Marsa – decizjoni li se twassal ghal titjieb fenomenali fil-kwalita’ tal-hajja tal-poplu tal-Marsa u tal-inhawi tal-Port il-Kbir.
Hadna decizjoni ohra wkoll.
Hadna d-decizjoni li minflok ma nnaqqsu t-tariffi b’mod li mhux sostenibbli, indahhlu sens ta’ responsabbilita fil-familji li jridu jinvestu huma stess u jiehdu r-riedni f’idejhom ghall-energija li jipproducu u li juzaw. B’hekk investejna bil-qawwi f’incentivi kemm ghall-familja kif ukoll ghall-intraprizi biex inhajjruhom jinvestu f’sistemi ta’ energija alternattiva bhax-xemx u r-rih b’mod li jirnexxielhom inaqqsu huma stess il-kont taghhom u sahansitra ibieghu lura lill-Enemalta l-energija zejda li jipproducu.
Dawn l-incentivi huma fus ewlieni li fuqhom trid tkompli ddur il-politika taghna f’dan il-kamp ghaliex ahna rridu naghtu c-cavetta f’idejn in-nies. Ahna nippreferu naghti lill-familji ic-cavetta sabiex huwa stess jipproducu l-energija taghhom, inaqqsu l-kontijiet u sahansitra jbieghu l-energija li ma juzawx. Kieku zammejna l-kontijiet baxxi hadd ma kien ikollu incentiv biex jinvesti ghax kulhadd kien isibha aktar facli juza provvista kemm irid bi prezz sussidjat.
Dawn huwa ezempju car ta’ kif sfida kbira u iebsa qed jirnexxielna ndawwruha f’opportunita’.
U ma rrid inaqqas bl-ebda mod mid-diffikulta tad-decizjoni li kellna niehdu dwar dawn il-kontijiet.
U ma rrid innaqqas bl-ebda mod mill-kobor tas-sagrificcju li tlabna lin-nies jaghmlu b’mod specjali lil dawk li lqatnihom bl-aktar mod dirett. Anzi, jiena niehu din l-okkazjoni biex nirringrazzja lill-familji Maltin u Ghawdxin kollha li mxew din it-triq iebsa maghna anki jekk mhux dejjem rawna sbieh.
Mr Speaker, issa ippermettili nistaqsi fejn kienet l-Oppozizzjoni meta hadna dawn id-decizjonijiet iebsa.
Halli nghidilkom jien fejn kienet. Kienet qed tghid le ghal kull haga li ghamilna.
• Li kien ghall-Oppozizzjoni zammejna l-kontijiet baxxi artificjalment u kien ikollna nispiccaw inzidu d-deficit u finalment inzidu t-taxxi.
• Li kien ghall-Oppozizzjoni bqajna minghajr estensjoni tal-power station ghax anki fuq dik ghamlulna krucjata shiha l-istess bhalma kienu ghamlu krucjata meta bnejna l-ewwel fazi tal-power station ta’ Delimara lejn it-tmiem tas-snin tmenin.
• Li kien ghall-Oppozizzjoni konna nibqghu inqancqu bil-power station tal-Marsa minkejja t-tniggiz tal-arja li jaffettwa s-sahha u l-kwalita’ tal-hajja tal-poplu tal-Marsa u tan-nies li jghixu fl-inhawi tal-Port il-Kbir, inkluz il-Kottonera.
• Li kien ghall-Opozzizjoni ma kienx hemm ghalfejn li l-familji naghtihom ic-cavetta f’idejhom biex ninvestu f’sistemi alternattivi ghaliex kienu jibqghu juzaw provvista sussidjata irrespettivament minn kemm jahlu.
L-Oppozizzjoni taf biss tapprofitta ruhha, tkun opportunista’ u tilghab ghall-gallarija.
U x’soluzzjonijiet qed toffri l-Oppozizzjoni? Qed tghidilna li jekk titla’ fil-Gvern se trahhas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Imma tibza’ tghidilna kif!
• Tibza’ tghidilna li biex trahhas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma trid bilfors thallas min x’imkien u allura hu li izzid id-deficit kull sena, ghaliex din mhix spiza ta’ darba u tpoggi l-finanzji tal-pajjiz f’risku serju. Nispiccaw bhal pajjizi ohra.
• Tibza tghidilna li biex trahhas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma trid izzid it-taxxi biex dak li se titlef minn-naha takkwistah minn ohra.
• Tibza tghidilna x’se taghmel ghaliex m’ghandhom l-ebda idea ta’ x’se jaghmlu. L-unika haga li jafu hu li jridu jfixklu l-hidma tal-Gvern kemm jifilhu sabiex forsi l-Gvern jaqa’ u tissejjah elezzjoni. L-uniku haga li jafu hi li jridu jakkwistaw il-poter akkost ta’ kollox. U l-problemi narawhom wara. U wara naghfgu xi haga.
Sa nhar il-Hadd stess f’intervista li ta lis-Sunday Times, u li ghamillu Herman Grech, il-Kap tal-Oppozizzjoni wera kemm jibza’ jghid kif se jrahhas il-kontijiet; wera li jibza jghid x’taxxi se jzid biex il-kontijiet jorhsu; wera li jibza jghid li d-deficit irid jerga’ jibda jizdied biex it-tariffi jorhsu.
Issa l-Oppozizzjoni tista tapprofitta ruhha kemm trid; tista tkun opportunista kemm trid; imma jiena m’ghandix dubju li l-elettorat, il-poplu Malti u Ghawdxi, huwa intelligenti bizzejjed biex jinduna li din tal-Oppozizzjoni hija loghba ohra politika li kapaci terga’ ddahhalna f’hajt bhalma kienet dahlitna f’hajt it-twettiq tal-weghda taghhom li titnehha l-VAT biex spiccaw ivvintaw taxxa gdida bla sens li ziedet mhux naqset il-piz tat-taxxi u li harget lill-Gvern Laburista ta’ hmar mal-Maltin kollha u inzid nghid, mad-dinja kollha, ghall-aktar taxxa stupida li qatt giet ivvintata – u dan kollu biex minghalihom jwettqu l-weghda li kienet popolusta - li jnehhu l-VAT.
L-istess jista jigrilu Joseph Muscat bil-weghdiet fiergha u irresponsabbli tieghu dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Qed iwieghed mod u se jkollu jaghmel mod iehor.
Mr Speaker, tajt dawn l-ezempji ghaliex huma jwiegbu tlett mistoqsijiet.
Ghal min jistaqsina kif qed jirnexxielna nzommu lil pajjizna ghaddej quddiem dan l-ghawg ekonomiku, it-twegiba hi l-kuragg li kellna biex inwettqu r-riformi li immodernizzaw lil pajjizna, li iffrankaw miljuni kbar ta’ sussidji u li ghenuna ninvestu r-rizorsi taghna f’dawk l-oqsma li huma ta’ priorita’.
Ghal min jistaqsina imma x’qieghdin taghmlu ghal futur, it-twegiba taghna hi li ahna wettaqna u qieghdin inwettqu programm li jaghti lil pajjizna pedament sod biex ikompli jkun kompetittiv, biex ikollu l-aqwa rizorsa umana u biex jiehu hsieb lil min hu l-aktar dghajjef fis-socjeta’ taghna.
Ghal min jistaqsina imma intkom x’ghandkom x’toffru differenti mill Opposizzjoni, ahna nwiegbu politika cara, sinciera, realista minflok l-opportunizmu, l-populizmu u s-superficjalita’ ta’ Oppozizzjoni li kull ma jinteressha hi li takkwista l-poter.
Mr Speaker, ghal dawn ir-ragunijiet kollha, nistieden lil Kamra tivvota favur din il-mozzjoni.
Other Press Releases:
PR262011
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262010en