Left arrow Go Back

IMNEDIJA L-ISTRATEĠIJA NAZZJONALI DWAR IS-SAĦĦA SESSWALI

pr2133
Date Icon 08/11/2011

“Is-saħħa sesswali hija aspett tas-saħħa tagħna li tinvolvi l-maturità fiżika u riproduttiva, l-emozzjonijiet marbutin mas-sesswalità u s-sess, kif ukoll l-aspetti soċjali ta’ kif persuna tgħix is-sesswalità tiegħu/tagħha. Għalhekk is-saħħa sesswali tinkludi fiha l-aspetti tar-responsabbiltà, tal-mod kif tħares lejk innifsek u l-abbiltà li ssawwar relazzjonijiet ma’ ħaddieħor b’mod li tipporteġi s-saħħa tiegħek u anki dik tas-sieħeb jew sieħba tiegħek.”

Hekk stqarr il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita, Joe Cassar, waqt it-tnedija tal-istrateġija nazzjonali dwar is-saħħa sesswali. Wara li, f’Novembru tas-sena li għaddiet, ġiet imnedija l-Politika Nazzjonali għas-Saħħa Sesswali, din l-istrateġija issa twitti t-triq sabiex din il-politika tidħol fis-seħħ.

Il-Ministru Joe Cassar spjega li l-istrateġija hija mfassla fuq l-istess prinċipji li fuqhom kienet ibbażata l-politika nazzjonali, jiġifieri l-prinċipji tad-drittijiet u r-responsabbiltajiet individwali u soċjali, li joħorġu mill-valuri tar-rispett u d-dinjità lejn il-ħajja tal-bniedem.  Hu qal li l-istrateġija inkitbet wara li ġew analizzati r-riżultati ta’ serje ta’ workshops li saru aktar kmieni din is-sena bħala parti mill-pjan ta azzjoni relatat.

Joe Cassar spjega li l-istrateġija  tkopri diversi aspetti li jinkludu l-edukazzjoni dwar u promozzjoni  ta’ saħħa sesswali, servizzi tal-kura tas-saħħa sesswali, kwistjonijiet legali, dinjità, drittijiet u responsabbiltajiet u wkoll riċerka u sorveljanza.  Il-Ministru temm jgħid li l-istrateġija se tipprovdi mezz biex f’pajjiżna niksbu saħħa aħjar għal kulħadd.

Natasha Muscat Azzopardi, Chief Medical Officer, qalet li l-istrateġija issa ssaħħaħ fil-prattikka dak li kien proposat fil-politika nazzjonali, filwaqt li Ray Busuttil, Supretendent tas-Saħħa Pubblika saħaq dwar l-importanza li l-pubbliku jkun mgħarraf aktar dwar is-saħħa sesswali. 

Anness ma’ din l-istqarrija qed tiġi ppubblikata wkoll preżentazzjoni li saret lill-ġurnalisti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow