Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN

pr2112
Date Icon 03/11/2011

Attakki mgħaġġla tal-Oppożizzjoni fuq il-Korp tal-Pulizija

Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern jirreferi għall-istqarrija tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni Michael Falzon tal-31 t’ Ottubru. Din l-stqarrija kienet mimlija b’attakki inġustifikati, mwielda minn ġudizzji mgħaġġla kontra l-Korp tal-Pulizija - ġudizzji li huma mmarkati b’attentat biex jipprovaw jieħdu vantaġġi politiċi apparenti billi jipprovaw jesaġeraw u b’dan jallarmaw l-pubbliku dwar iż-żamma tal-ordni f’Paceville.

Tul l-aħħar snin sfortunatament, l-Oppożizzjoni ppruvat taqbad din il-kampanja denigratorja rigward il-ħidma tal-Korp tal-Pulizija, preċiżament sabiex tagħti l-impressjoni negattiva li ma teżistix.

Il-fatti llum ġew stabbiliti b’mod mill-aktar ċar u dan wara li l-istess Korp kellu l-Opportunità li jinvestiga u janaliżża kif imiss dak li deher fil-ġurnali. Kien għal kollox mgħaġġel u żbaljat li l-imsemmi kelliem qagħad fuq dak li deher mingħajr anqas ipprova b’xi mod jivverifika l-eventi. Il-kampanji medjatiċi meta jsiru ‘l bogħod mill-fatti ma jwasslux għar-riżultati t-tajba, iżda propju għall-kontra.

Il-Korp u l-Kummissarju nnifsu irrispondew pubblikament għal dawn l-allegazzjonijiet, u jirriżulta li l-Pulizija ħadet passi immedjati dwar dan il-każ. Kien għal kollox żbaljat dak li ngħad, jiġifieri li ma ttieħdux passi u azzjoni jew, agħar minn hekk, li xi membri tal-Korp abdikaw mir-responsabilitajiet tagħhom bħalma, fl-għaġġla tad-dikjarazzjoni tiegħu, għamel il-kelliem tal-Oppożizzjoni. Il-fatti huma li f’dan il-każ partikolari l-Pulizija intervjeniet saħansitra ftit minuti wara li seħħ dan l-inċident. Għalhekk kuntrarjament għal dak li kien allegat, kien hemm il-preżenza tal-Pulizija li għamlet dmirha kif kellha u skont is-setgħat li tagħtiha l-liġi.

Paceville ma hix nieqsa mill-preżenza kontinwa, neċessarja u bilanċjata tal-Korp. Dan huwa post li huwa magħruf għad-divertiment u ħadd ma jista’ jippretendi li ma jqumux kwistjonijiet fejn jinġemgħu mases kbar ta’ nies. Madanakollu l-fatti juru li mhux talli kull darba, f’kull okkażjoni l-Korp jintervjeni, anzi jittieħdu l-passi kontra min jikkommetti r-reati ta’ kull gravità.

Ma għandux jkun li l-Oppożizzjoni għall-gallarija u logħob politiku żbaljat tkompli tipprova tgħid li episodju ta’ argument bejn żewġ persuni li ddeġenera, u li bħalu jistgħu jseħħu f’kull lokalità f’Malta u Għawdex, huwa tant gravi li toħrog tattakka l-Korp tal-Pulizija.  Il-membri tal-Korp tal-Pulizija jagħmlu xogħol tajjeb ħafna f’Malta u Għawdex u anki f’Paceville u għalhekk ħaqqhom l-apprezzament tas-soċjetà u mhux l-kundanni tal-Oppożizzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow