Left arrow Go Back

MĦABBAR PROĠETT TA’ RESTAWR TA’ 3 IRZIEZET FIL-BUSKETT

pr2110
Date Icon 03/11/2011

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino nieda proġett ta’ konservazzjoni ta’ tlett irziezet li jinsabu ġewwa l-Buskett. Dawn huma r-Razzett tal-Bagħal, ir-Razzett tal-Ispirtu u r-Razzett tal-Bosk.

Dawn l-irziezet inbnew matul il-perijodu (1636-57) fi żmien il-Gran Mastru Lascaris.  Ir-Razett tal-Bagħal, li hu l-akbar wieħed mit-tlett irziezet, skont deskrizzjoni li nstabet fl-arkivju tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet li ġġib id-data tal-1866 jingħad li kien jikkonsisti fi 3 t’ibtieħi u 3 stallel. Fuq dan il-bini jinstabu 3 emblemi ta’ gran mastri. Mal-faċċata ta’ barra hemm l-emblema tal-Gran Mastru Lascaris, fuq il-bieb man-naħa ta’ ġewwa hemm l-emblema tal-Gran Mastru Wignacourt u fis-sular ta’ fuq hemm l-arma tal-Gran Mastru De Rohan.

Il-Ministru Pullicino ħabbar li l-iskop tal-proġett hu li apparti li jiġu rrestawrati dawn l-irziezet; jipproteġu l-wirt storiku tal-Buskett u jkunu ppreżentati b’mod aktar interessanti biex jintużaw minn nies. Meta jiġu restawrati, dawn il-binjiet ser jintużaw biex joffru varjetà ta’ attrazzjonijiet u faċilitajiet lill-pubbliku bħal faċilitajiet edukattivi u interpretattivi li ser iservu biex jitrawwem għarfien u apprezzament tal-karatteristiċi tal-Buskett.

Fil-fatt ir-Razett tal-Bagħal meta jitlesta se jkun jikkonsisti f’Ċentru tal-Vizitaturi u Ċentru Interpretattiv bl-għan li jaqdi l-funzjoni li jinforma lill-pubbliku dwar dak kollu li joffri l-buskett. Ir-Razett tal-Ispirtu li qabel kien jintuża biex fih jinħażnu l-ispirti u l-fertilizzanti se jintuża għal żewġ skopijiet. Dan se jservi ta’ bażi għar-rangers li se jkunu qed iħarsu l-park kif ukoll se jaqdi l-funzjoni bħala show case ta’ prodotti agrikoli lokali. Ir-razett tal-bosk minħabba n-nuqqas ta’ aċċessibbilità li għandu hu maħsub li jservi bħala post fejn gruppi żgħar ta’ nies ikunu jistgħu jiltaqgħu u jagħmlu użu minn ċentru li għandu jservi ta’ bażi xjentifika, post fejn isiru studji (workshops) fuq il-bijodiversità u xjenza rurali.

Il-Ministru Pullicino saħaq li l-proġett hu stmat li se jsir b’investiment ta’ aktar minn nofs miljun ewro, li jinkludi wkoll il-finishing tal-progett. il-proġett hu kofinanzjat mill-fondi tal-Iżvillupp Rurali bir-rata ta’ 90%.

Ix-xogħlijiet tar-restawr mistennija li jkunu lesti sa l-aħħar kwart tas-sena 2012 bil-kumplament tal-proġett jitlesta fl-ewwel xhur tas-sena 2013.

“Dan huwa proġett ieħor li ser ikompli jiddiversifika u jikkapitalizza il-potenzjal turistiku konsiderevoli taż-żona waqt li fl-istess ħin iħares il-wirt storiku ta’ pajjiżna” temm jgħid il-Ministru Pullicino.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow