Left arrow Go Back

AKTAR XOGĦOL GĦAL LUFTHANSA TECHNIK MALTA: IFFIRMAT FTEHIM GĦALL-MANUTENZJONI TAL-AJRUPLANI TA’ BRUSSELS AIRLINES

pr2100
Date Icon 02/11/2011

L-età medja tal-ħaddiema tal-Lufthansa Technik Malta hija ta’ 28 sena.

Il-kumpanija Lufthansa Technik Malta ffirmat ftehim mal-linja tal-ajru ewlenija Belġjana Brussels Airlines għall-manutenzjoni tal-flotta tagħha ta’ Airbus A330. Barra minn hekk, se tkun qed twettaq ukoll rinnovament sħiħ tal-kabini ta’ dawn l-ajruplani minn Frar 2012. Dettalji dwar dan ingħataw mill-Viċi-President ta’ Brussels Airlines Geert Sciot u l-Kap Eżekuttiv ta’  Lufthansa Technik Malta Stephan Drews waqt żjara tal-Ministru responsabbli mill-Ekonomija Tonio Fenech fil-ħangar tal-Lufthansa.

Il-Ministru Fenech feraħ lill-kumpanija għal dan is-suċċess ieħor li jerġa’ jagħti rikonoxximent għall-kwalità u d-dedikazzjoni tal-ħaddiema Maltin – ħafna minnhom żgħażagħ - li f’din il-kumpanija jlaħħqu aktar minn 600. Filfatt, l-età medja tal-ħaddiema mal-Lufthansa Technik Malta hija ta’ 28 sena.

“Din il-kumpanija, hija storja ta’ investiment b’suċċess f’pajjiżna li tagħti kontribut biex l-ekonomija Maltija kompliet tikber anke waqt id-diffikultajiet internazzjonali u biex Malta għandha l-ħames l-anqas rata ta’ qgħad (6.6%) fl-Unjoni Ewropea (li għandha medja ta’ qrib 10%).”

Waqt li kompla jitkellem dwar ix-xogħol bħala priorità tal-ħidma tal-Gvern, Tonio Fenech semma’ li fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kellha 10,756 reklam ta’ vacancy tax-xogħol. Għall-kuntrarju, in-numru ta’ redundancies notifikati lilha kienu ta’ 1,254. Sal-istess żmien is-sena li għaddiet, il-postijiet vakanti kienu 7,323.

Lufthansa Technik, li bl-għajnuna tal-Gvern investiet mas-€60m fil-ħangar tagħha u €18m f’tagħmir, makkinarju u għodda, tlaħħaq sa 700,000 sigħat tax-xogħol produttivi fil-ħangars tagħha. Barra r-responsabbiltà għall-manutenzjoni u t-tiswija tal-ajruplani tal-Lufthansa nfisha, Lufthansa Technik Malta għandha wkoll ftehim ma’ numru ta’ klijenti oħra fosthom Etihad, Aegean  Airlines,  BMI,  Germanwings,  Clickair, Air One,  STC  Russiya,  SAS  u  Afriqiyah.   

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow