Left arrow Go Back

TFAL JIKKONTRIBWIXXU KOTBA U KUTRI TAS-SUF LIR-RESIDENZA SAN VINCENZ DE PAULE

pr1607
Date Icon 31/08/2011

Aktar minn 500 tifel u tifla minn ċentri ta’ SkolaSajf matul dan is-sajf żaru r-residenza San Vinċenz De Paule fejn għaddew xi ħin mar-residenti ta’ din id-dar.

Din kienet inizjattiva meħuda flimkien minn SkolaSajf, il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, u l-Kunsill tal-Volontarjat.

Matul dawn iż-żjarat it-tfal ħadu magħhom kotba li tawhom bħala donazzjoni lir-Residenza biex issa nħolqot librerija mobbli li ddur fis-swali tar-residenza u l-anzjani jkunu jistgħu jagħżlu kotba biex jaqraw.  Barra minn dan, ħafna tfal ħadu magħhom kobob tas-suf li minnhom, voluntiera u impjegati tar-residenza ħadmu kutri żgħar biex fix-xhur tax-xitwa jservu biex jgħattu riġlejn l-anzjani meta dawn ma jkunux fis-sodda.

Dalgħodu l-Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Stephen Spiteri, żar ir-residenza San Vincenz de Paule flimkien mat-tfal li ħadu sehem f’din l-inizjattiva u wara li qassam premjijiet lit-tfal li pparteċipaw, flimkien magħhom żar numru ta’ swali tal-anzjani.

F’kelmtejn qosra, Stephen Spiteri feraħ lit-tfal għall-inizjattivi tagħhom u ħeġġiġhom biex jibqgħu dejjem juru rispett lejn l-anzjani li fiż-żmien attiv tagħhom ikkontribwew ħafna għall-iżvilupp tal-pajjiż.  F’isem il-Ministru Dolores Cristina u s-Segretarju Parlamentari Mario Galea li ma setgħux jattendu għal din l-okkażżjoni hu feraħ lit-tfal għall-impenn tagħhom f’ħidma volontarja minn età żgħira u ħeġġiġhom biex ikomplu jkunu attivi fil-volontarjat li din is-sena hi dedikata għalih.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow