Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr1598
Date Icon 29/08/2011

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jiskanta kif l-Onor Gino Cauchi, kelliem tal-Oppożizzjoni dwar it-Trattament tal-Anninali llum jagħmel Konferenza Stampa u jagħmel mistoqsija dwar jekk saritx sejħa għall-offerti sabiex jitmexxa ċ-Ċentru ta’ San Frangisk ġewwa Ta’ Qali.  It-tweġiba għal din il-mistoqsija ilha li ngħatat pubblikament xhur sħaħ sa minn qabel ma nfetaħ iċ-Ċentru San Frangisk stess.  Risposti oħra għal dan diġà ngħataw f’risposti għall-Mistoqsijiet Parlamentari,  Dan juri n-nuqqas ta’ serjetà u n-nuqqas ta’ informazzjoni li għandhom il-kelliema tal-Oppożizzjoni. Għal darb’oħra dan juri li l-Oppożizzjoni jinteressaha biss tiżra d-dubji mingħajr ma toffri alternattivi.

Il-Ministeru jerġa’ għal darb’oħra  jirrepeti li Ċentru San Franġisk qed jopera mill-privat b’kuntratt mal-Gvern u li jinkludi kirja annwali. Dan seħħ wara proċess ta’ sejħa pubblika li twettaq bejn Ġunju u Awwissu tas-sena 2009 u li wara dan il-proċess kienu 4 ażjendi li tefgħu s-sejħa tagħhom. L-aktar offerta favorevoli ngħatat il-kuntratt.

F’dawn l-aħħar 3 snin kemm ilu mwaqqaf id-Dipartiment għat-Trattament xieraq għall-annimali saru avvanzi kbar f’dan il-qasam. Fost numru ta’ miżuri li twettqu nsibu:

  • nfetaħ Ċentru San Franġisk l-ewwel Ċentru għall-Ħarsien tal-Annimali f’pajjiżna li joffri kura 24 siegħa kuljum u servizz ta’ after care;
  • bdiet topera l-ambulanza tal-annimali 24 siegħa kuljum ħdud u festi nklużi;
  • Daħlu fis-seħħ regolamenti biex kull kelb sal-aħħar ta’ Ġunju tas-sena 2012 ikun microchipped;
  • Għotja ta’ għajnuna finanzjarja lis-santwarji tal-annimali;
  • Ġew imsaħħa l-liġijiet  ta’ dan il-pajjiż biex jagħmlu possibbli pieni ħorox li jistgħu jwasslu anki għal sentenza ta’ ħabs f’każ li xi ħadd jaħqar l-annimali. Instemgħu fil-qorti 21 każ.

Il-prezzijiet mitluba miċ-Ċentru huma mfassla mill-opperatur privat filwaqt li, fil-każ tal-annimali abbandunati meħuda fiċ-Ċentru San Franġisk mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali l-kura hija bla ħlas. Id-Dipartiment iħallas biss lill-operatur privat tal-mediċini użati. Fil-bqija l-kura mgħotija mill-veterinarju  u s-servizz ta’ after care hu mingħajr ħlas.

Il-Gvern daħal fi ftehim mal-operatur ukoll biex annimali meħuda fiċ-Ċentru San Franġisk mill-Għaqdiet Non Governattivi jingħataw skont ta’ 20%.

Fost ix-xogħol li l-ħaddiema tad-Dipartiment jagħmlu ta’ kuljum hemm l-immaniġġjar u l-operazzjoni tal-ambulanza tal-annimali li taħdem 24 siegħa kuljum ħdud u festi nklużi. L-uffiċċjali tad-Dipartiment jieħdu ħsieb ukoll ‘l fuq minn 100 kelb u qattus li preżentament jinsabu fiċ-Ċentru tal-Ġħammieri li jkunu nġabru u ġew rikoverati.

Kif kien ħabbar il-Ministeru, fil-Belt Valletta max-Xatt ta’ Pinto ttellgħu numru ta’ tined temporanji biex iservu ta’ kenn għaż-żwiemel tal-karozzini f’dawn ix-xhur tas-sajf. Dawn it-tined temporanji jipprovdu dell għal għaxar żwiemel.

Dawn it-tined qegħdin hemm għal perijodu temporanju sakemm jinħarġu l-permessi meħtieġa mill-MEPA u jkun tlesta l-proċess tat-tenders biex ikun jista’ jinbeda x-xogħol fuq shelters permanenti. Ix-shelters permanenti li ser jitpoġġew fil-Belt, il-Qawra, u San Ġiljan, ser ikunu qed jinkludu cesspits biex jinġabar il-ħmieġ tal-annimali, water points u bins.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow