Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr1593
Date Icon 28/08/2011

800 sid ta’ negozju Maltin ikomplu jinvestu u joħolqu x-xogħol bl-Iskemi tal-Gvern MicroInvest u MicroCredit

L-interess fl-iskema MicroInvest kompla jikber hekk kif 700 negozju applikaw biex jibbenefikaw minn din l-iskema ta’ tnaqqis fl-income tax.  Sidien ta’ negozji li jħaddmu anqas minn għaxra min-nies jistghu jibbenefikaw minn tnaqqis fl-income tax li jlahhaq il-25,000 ewro.

Dawk li bbenefikaw sa issa holqu aktar minn 285 impjieg u kienu kontribut importanti biex il-qgħad f’pajjiżna kompla jonqos u huwa fost l-anqas fl-Unjoni Ewropea. Dawn is-700 negozju qed jinvestu bejniethom aktar minn €12.8miljun u qrib it-30% ġejjin minn Għawdex.

Din l-iskema tal-Gvern titħaddem permezz tal-Malta Enterprise.  Bis-sahha ta’ din l-iskema  sidien ta’ negozji żgħar qed jinvestu fin-negozju tagħhom:

·        f’makkinarju u tagħmir ġdid,

·        vetturi marbuta man-negozju,                              

·        fl-immodernizzar tal-bini tan-negozju.

Permezz ta’ din l-iskema min jimpjega haddiema godda mieghu jinghata wkoll tnaqqis fl-income tax.

Min jaghmel investiment gdid jew jimpjega haddiema godda jinghata 40% lura min-nefqa tagħhom permezz ta’ tax credits. Din titla’ għal 60% fil-każ ta’ Għawdex.  Il-massimu ta’ tnaqqis fl-income tax hu ta’ €25,000.

Intant, 90 sid ta’ negozju ieħor se jinvestu aktar minn €15-il miljun grazzi għal għajnuna minn skema oħra favur in-negozju li tħabbret fil-Baġit, dik tal-MicroCredit, u li hija mħaddma mill-Bank of Valletta.

Din l-iskema tipprovdi lis-sidien ta’ negozji ta’ pajjiżna b’aċċess għall-finanzi b’rati tal-imgħax vantaġġjużi, bl-għan li tgħin lis-sidien ta’ negozji ta’ pajjjiżna jkunu jistgħu jinvestu aktar fl-espansjoni tan-negozju tagħhom u b’hekk jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna, joħolqu aktar ġid u aktar postijiet tax-xogħol. L-ammont globali disponibbli għal din l-iskema huwa ta’ €51 miljun u kull sid ta’ negozju żgħir jew medju jista’ jissellef sa €500,00 b’dawn ir-rati vantaġġjużi.

Filwaqt li 90 sid ta’ negozju diga bbenefikaw minn din l-iskema tal-MicroCredit, 270 sid ta’ negozju zghir u medji iehor qed jiddiskutu mal-BOV dwar il-possibbilta’ li jibbenefikaw minna.

Dawn ir-riżultati huma konferma li minkejja d-diffikultajiet li għadha għaddejja minnhom id-dinja, is-sidien tan-negozji f’pajjiżna għadhom juru fiduċja fl-ekonomija ta’ Malta u bl-inċentivi tal-Gvern qed jinvestu aktar u joħolqu aktar impjiegi. Matul l-aħħar sena, f’Malta nħolqu aktar minn 6,000 post tax-xogħol ġdid u l-qghad f’Malta hu l-5 l-inqas fost il-pajjizi tal-Unjoni Ewropea.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow