ASSI TAL-ISTAT LIBJAN U L-FAMILJA GHADDAFI IFFRIZATI MILL-GVERN MALTI
Riferenza qed issir ghas-sanzjonijiet li gew imposti fuq il-Libja mill-Unjoni Ewropea u mill-Kunsill tas-Sigurta’ tan-Nazzjonijiet Uniti. Riferenza qed issir ukoll ghall-Avvizi Legali 69 u 77 tal-2011 li permezz taghhom il-Gvern Malti iffriza assi tal-iStat Libjan u l-familja Ghaddafi.
Taht dawn iz-zewg avvizi legali il-Gvern Malti iffriza total ta' madwar €377,000,000.
Madwar €291,000,000 minn dawn il-fondi huma assi frizati ta’ entitajiet Libjani li fuqhom kienu imposti sanzzjonijiet. Madwar €86,000,000 minnhom huma assi tal-familja Ghaddafi jew entitajiet fejn din il-familja ghandha sehem maggoritarju.
Irid jigi nnotat li dawn l-assi huma kemm fl-ewro kif ukoll f’valuti ohra; ghalhekk il-valur jista’ jvarja skont ir-rata tal-kambju. Minbarra hekk, jistghu jinstabu assi ohra li jigu ffrizati.
Il-Gvern Malti qed jahdem sabiex il-poplu Libjan ikun jista’ juza dawn l-assi minghajr dewmien.
Other Press Releases:
PR262007
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...
PR262006