AVVIŻ TAD-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI: ĠABRA B’RISQ IL-POPLU LIBJAN
pr1578
24/08/2011
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jixtieq javża li ser jorganizza ġbir ta’ ikel u xorb biex jintbagħtu lill-poplu Libjan li qed isofri minn nuqqasijiet essenzjali.
Il-pubbliku huwa mistieden biex jieħu ikel fil-bottijiet u ilma ġewwa t-Taqsima tal-Għajnuna Umanitarja f’Xatt il-Baħħara, il-Marsa, nhar is-Sibt 27 u/jew il-Ħadd 28 t’Awwissu bejn it-8 ta’ filgħodu u l-4 ta’ wara nofsinhar.
Kull min jixtieq jagħti donazzjoni fi flus huwa ġentilment mitlub li jagħmel dan id-depożitu f’wieħed minn dawn il-kontijiet bankarji fil-banek ewlenin li huma issa miftuħa għall-iskop ta’ din il-ġabra:-
H.S.B.C. 078-002391-050
Bank of Valletta 40018758443
Lombard Bank 01440800001
APS Bank 20000889551
Banif Bank 00083224181
Other Press Releases:
PR262007
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...
PR262006