STQARRIJA TAL-GVERN
pr1574
23/08/2011
Il-Kabinett jiddiskuti l-iżviluppi fil-Libja
Il-Kabinett tal-Ministri iddiskuta l-qagħda li qed tiżviluppa ġewwa l-Libja.
Wara analiżi tas-sitwazzjoni, il-Kabinett iddeċieda li l-Gvern Malti:
1. itenni l-appoġġ tiegħu lill-poplu Libjan fl-isforzi tiegħu għal-liberta’, il-ġusitizzja, id-demokrazija u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem;
2. jagħraf il-Kunsill Nazzjonali ta’ Transizzjoni bhala l-Gvern tal-Libja;
3. Ghaddafi u l-familja tiegħu għandhom iħallu x-xena politika minnufih biex ikun jista’ jinbeda l-proċess nazzjonali ta’ rikonċiljazzjoni;
4. Malta se tkompli taħdem mal-komunita’ internazzjonali biex twassal kull għajnuna umanitarja lill-poplu Libjan u f’missjonijiet ta’ evakwazzjoni.
Other Press Releases:
PR262007
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...
PR262006