STQARRIJA TAL-MINISTERU GHAL GHAWDEX
L-Oppożizzjoni tkompli taqla’ minn żniedha dwar Għawdex
Hija gidba d-diċerija li l-Ministeru għal Għawdex ser jagħti l-Villa Rundle lilL-privat. Dan mhuwiex minnu u m’hemmx l-iċken dubju li l-Oppożizzjoni qed tipprova ddaħħal f’moħħ il-poplu din id-diċerija, biex ixejjen ix-xogħlijiet li qed isiru fuq dan il-proġett għal ġid tal-familji Maltin u Għawdxin.
B’referenza għal dak li ntqal dwar l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, il-Ministeru għal Għawdex b’sodisfazzjon jirrimarka li llum il-ġurnata l-poplu Għawdxi qiegħed jingħata aktar servizzi ġodda fl-istess sptar, li f’diversi partijiet minnu qiegħed isir ristrutturar. Il-Ministeru għal Għawdex isostni li l-Oppożizzjoni qiegħda biss tipprova titfa’ t-tajn fuq l-isptar. Il-Ministeru jerġa’ jiċħad kategorikament li l-pazjenti f’Għawdex mhuwiex ser jingħatalhom ikel. L-Oppożizzjoni qed tqarraq. Mhux biss is-servizz u l-kura fl-Isptar ta’ Għawdex qed jitkomplew jingħataw, iżda għaddejja ħidma biex ikomplu jitjiebu u jiżdiedu servizzi oħra.
Rigward il-viżjoni eko-Għawdex, din bdiet tagħti riżultati għaliex l-istrateġija mfassla qed tiġi mwettqa skont kif ippjanat, b’inizjattivi illi qed jagħmlu d-differenza fl-aspetti ambjentali, soċjali, ekonomiċi u dawk kulturali.
Dan kollu juri biċ-ċar kemm dak li qalu l-kelliema tal-Oppożizzjoni dalgħodu kien intenzjonat biss biex iħammeġ u jpoġġi f’dell ikrah lill-Ministeru għal Għawdex.
Other Press Releases:
PR262007
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...
PR262006