Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU GHAL GHAWDEX

pr1568
Date Icon 21/08/2011

It-Torċa tqarraq bil-qarrejja taghha u tipprova tallarma billi vvintat gidba


Il-Ministeru għal Għawdex jirreferi għal artiklu li ġie ppublikat fit-Torċa u jikkundanna b’mod qawwi l-mod disonest li bih ipprova jallarma l-pubbliku, speċjalment f’materja relatata ma’ settur tant delikat u mportanti bħalma hu dak tas-saħħa.

Il-Ministeru għal Għawdex jiċħad kategorikament dak li nkiteb fl-artiklu u jassigura lill-pubbliku Għawdxi u lil kull min ser ikollu bżonn s-servizzi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li ser jibqa’ jingħata servizzi dejjem aħjar kif dejjem sar sa issa.

Is-servizzi tas-saħħa huma ta’ prijorita’ fil-ħidma tal-Gvern.  Huwa assurd li t-Torċa tallega li l-pazjenti mhux se jingħataw ikel meta mbagħad huwa fatt magħruf li l-istess pazjenti qed jingħataw b’xejn servizzi li jiswew ferm aktar flus minn dak tal-ikel.

Il-Ministeru għal Għawdex jassigura lill-pazjenti, lill-familji tagħhom kif ukoll lill-pubbliku li s-servizzi tal-ikel fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ser jibqgħu jingħataw.

Ser jibqa’ wkoll għaddej ix-xogħol ta’ modernizzar fl-isptar generali ta’ Ghawdex.  Dawn ix-xoghlijiet se jkomplu jtejbu l-faċilitajiet u l-ambjenti tal-isptar wara li f’dawn l-aħħar xhur beda jintuża d-Dipartiment tar-Radjoloġija ġdid li ġie mgħammar b’apparat mill-aktar modern għas-servizz tal-pubbliku Għawdxi u dawk kollha li jkollhom bżonn servizzi tas-saħħa f’Għawdex.

L-artiklu tat-Torċa huwa qarrieqi bbażat fuq aġendi politiċi wżati rresponsabbilment.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  “L-ugwaljanza u l-kompetittività jimxu id f’id” – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262007

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow