Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN: L-OPPOŻIZZJONI TERĠA DDUR GĦAT TRADIZZJONI LI TQARRAQ BIL-PUBBLIKU

pr1566
Date Icon 20/08/2011

Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern jirreferi għall-istqarrija tal-Oppożizzjoni tal-lum għar-rigward tal-ħarba tal-priġunier Joseph Cini dal-għodu mill-Isptar Mater Dei. L-istqarrija tal-Oppożizzjoni hija waħda li tkompli fit-tradizzjoni li ta’ spiss iddur għaliha l-Oppożizzjoni biex tqarraq bil-pubbliku u tagħti impressjoni differenti jew parzjali ta’ kif ikunu ġraw l-affarijiet.

Li naqas jgħid il-kelliem tal-Oppożizzjoni fl-istqarrija tiegħu huwa li t-telefonata mill-ġurnalist ta’ ONE News lill-uffiċjal tal-Ministeru saret fil-11.51 ta’ dalgħodu u matulha, il-ġurnalist Charlon Gouder kien ingħata l-informazzjoni kollha li staqsa dwarha, kif ukoll konferma li fi żmien qasir l-Gvern kien ser joħroġ stqarrija bid-dettalji kollha li wasslu għall-ħarba u anke ritratt tal-priġunier in kwistjoni.  Ta’ min jinnota wkoll li t-telefonata seħħet waqt li s-servizz tal-aħbarijiet ta’ One Radio kien għadu qed jixxandar.

Minn dan kollu jidher ċar li l-Gvern f’ebda ħin ma pprova jaħbi xi informazzjoni mill-mezzi tax-xandir u l-pubbliku.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  “L-ugwaljanza u l-kompetittività jimxu id f’id” – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262007

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow