Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SERVIZZ TAD-DETENZJONI

pr1545
Date Icon 16/08/2011

Għall-ħabta tas-7.15 ta’ dalgħodu ġewwa ċ-Centru tad-Detenzjoni ta’ Hal Safi, żewġ immigranti rregolari telgħu mar-reċint tal-Warehouse 1 compound u qagħdu fuq il-barbed wire bħala protesta kontra d-detenzjoni tagħhom. Dawn it-tnejn, li ftit wara telgħu tnejn oħra ħdejhom, bdew jilmentaw li minkejja li kienu minuri, kienu għadhom fid-detenzjoni. Il-Kummissarju tar-Refuġjati kien konsultat dwar dan u nfurmana li minn informazzjoni li rċieva mill-Bord li jinvestiga talbiet dwar l-eta`, irriżulta li mill-verifiki li saru l-ebda wieħed minnhom ma kien minuri u li din id-deciżjoni kient komunikata lilhom fil-25 ta’ April 2011. Din l-informazzjoni reġgħet ġiet mgħoddija lilhom u bil-kelma t-tajba niżlu minn jeddhom minn fuq ir-reċint.

Fl-istess ħin, numru mdaqqas ta’ immigranti li kienu fil-bitħa tal-Warehouse 1 compound qabdu jipprottestaw kontra d-detenzjoni u l-fatt li kienu mogħtija deciżjoni li ma kienux eliġibbli għall- protezzjoni. Minkejja negozjati li saru mill-Kmandant tas-Servizz tad-Detenzjoni dawn l-immigranti saru vjolenti u għall-ewwel bdew jitfgħu drenaġġ lejn kull min beda jersaq lejhom. Imbagħad is-sitwazzjoni kompliet teskala fejn il-maġġor parti tal-271 immigrant fil-Warehouse 1 infexxew f’rewwixta mhux provokata u bdew jassaltaw ir-reċint, igaraw ġebel imdaqqas lejn il-ħaddiema tas-Servizz tad-Detenzjoni u suldati, ikissru sodod u ħitan biex jarmaw lilhom infushom u jaħarqu skips taż-żibel. F’mument minnhom irnexxielhom jiftħu toqba fir-reċint u ħarġu biswitu.

Sadanittant issejħet l-għajnuna tal-Armata u tal-Pulizija u kif kien hemm numru ta’ suldati u pulizija biżżejjed, fl-eqqel tar-rewwixta ttieħdet id-deċiżjoni li jidħlu ġewwa biex jieħdu lura l-kontrol tal-Warehouse. Dan sar f’operazzjoni koordinata u għall-ħabta ta’ nofsinhar is-sitwazzjoni ġiet ikkontrollata.

Waqt din l-operazzjoni weġġgħu ħafif 15 il-pulizija u 3 suldati li ġew imdewwija mit-tabib tal-Armata li kien fuq il-post. Immigrant wieħed weġġa’ ħafif ukoll u ttieħed fil-poliklinika għal kura. Matul dawn l-inċidenti saret ħsara estensiva fuq ir-reċint, tkissret gardjola ġdida fejn jgħamlu għassa membri tas-Servizz tad-Detenzjoni, tkissru numru ta’ sodod, inħarqu żewġ skips u numru ta’ partitions tal-injam, tkisser ħafna ħġieġ tat-twieqi tal-Warehouse 1 u ħġieġ tal-Main Vehicle Workshop tal-Armata, fejn numru ta’ vetturi li kienu ġewwa anke ġarrbu xi ħsarat b’ġebel li ntefa’ mill-immigranti.

B’kollox ġew identifikati 23 immigrant li kienu fost l-iżjed vjolenti waqt ir-rewwixta u dawn ġew arrestati bil-ħsieb li jittellgħu l-Qorti f’qasir żmien.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  “L-ugwaljanza u l-kompetittività jimxu id f’id” – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262007

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow