Left arrow Go Back

STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI

pr1538
Date Icon 15/08/2011

Il-bieraħ, tard wara nofsinhar, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġie msejjaħ biex jassisti persuna li sabet ruħha f’diffikultajiet lejn l-inħawi ta’ Manoel Island.  Minnufih intbagħtu fuq il-post żewġ dinghies minn dan id-Dipartiment, minn fejn ittella’ ġuvni ta’ 16-il sena li weġġa’ dahru wara li qabeż minn ċint għoli għal ġol-baħar.  Il-ġuvni ġie mwassal sal-bażi marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta u minn hemm ittieħed b’ambulanza ġewwa l-Isptar Mater Dei.

Fl-istess ħin 12-il persuna oħra, li l-età tagħhom tvarja minn 12 sa 16-il sena, ittellgħu mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mill-istess post tal-inċident wara li dawn ukoll sabu ruħhom f’diffikultà fil-baħar.  Huma twasslu lura fuq il-moll.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  “L-ugwaljanza u l-kompetittività jimxu id f’id” – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262007

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow