Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr1534
Date Icon 15/08/2011

Sa issa 2,520 persuna bbenefikaw mill-inċentiv tal-Gvern biex jisskreppjaw il-karozza qadima tagħhom u jinvestu f’waħda ġdida

2,520 persuna bbenefikaw mill-inċentiv tal-Gvern biex jisskreppjaw il-karozza qadima tagħhom u jixtru waħda ġdida. Dan l-inċentiv kien tħabbar fil-Baġit għal din is-sena, u huwa parti mill-istrateġija tal-Gvern favur kwalità tal-arja aktar nadifa, partikolarment billi jitnaqqsu mit-toroq karozzi kbar, qodma u li jniġġsu aktar.  B’din l-iskema jonqsu d-dħaħen mit-toroq, titjib il-kwalita’ tal-ajra u għalhekk ikun hemm impatt pożittiv fuq is-saħħa tal-poplu.

Grazzi għal din l-iskema, kull min jisskreppja karozza li għandha aktar minn għaxar snin meta jixtri karozza ġdida jista’ jgawdi minn benefiċċju sa €2,000. Oriġinarjament, din l-iskema kienet intiża għal 2,000 persuna, iżda wara dan in-numru ntlaħaq sa Mejju li għadda, il-Gvern estenda din l-iskema.

Dan l-inċentiv huwa parti mill-ħidma tal-Gvern favur arja aktar nadifa li jinkludi r-riforma tat-trasport pubbliku kif ukoll riformi oћra fis-setturi tal-karozzi privati u kummerċjali li kienu introdotti fl-ewwel tliet baġits ta’ din il-leġislatura.

Dawn il-bidliet kienu jinkludu bidliet fis-sistema ta’ taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi li jieћdu kont tal-emissjonijiet tas-CO2, bidliet biex jinċentivaw vetturi EURO 4 u EURO 5.  Dan flimkien ma’ inċentivi favur karozzi hybrid u karozzi elettriċi.

L-gћotja tammonta gћal 15.25% fuq il-prezz CIF tal-vettura, sa massimu ta’  €2,000.

L-iskema tapplika wkoll għal persuni li ma kellhomx xi vettura bil-mutur reġistrata u b’liċenzja f’isimhom mal-Awtorità fil-25 ta’ Ottubru, 2010, imma li setgħu akkwistaw karozza li ġiet reġistrata u nħarġitilha liċenza f’isimhom mill-Awtorità wara dik id-data, sakemm dik il-karozza titneħħa mir-reġistrazzjoni fil-ħin tar-reġistrazzjoni tal-karozza l-ġdida.

Din l-iskema hi waħda minn sensiela ta’ skemi fejn il-Gvern qed jinċentiva aktar tagħmir u apparat biex jitnaqqas it-tniġġis mill-arja.  Dan ix-xahar għalqet skema oħra li biha familji li jinvestu f’panelli fotovoltajiċi jingħataw sa €3,000.   Bejn l-iskema tas-sena li għaddiet u l-iskema ta’ din is-sena aktar minn 5,600 familja applikaw biex jingħataw mill-Gvern €3,000 kull wieħed.  Skema oħra li għaddejja bħalissa hi għal xiri ta’ solar water heaters fejn il-Gvern jagħti għotja finanzjarja li tlaħħaq sa €560 lill-familji li jixtru dan l-apparat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  “L-ugwaljanza u l-kompetittività jimxu id f’id” – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262007

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow