STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAT-TURIŻMU, L-AMBJENT U L-KULTURA
Investiment fil-qasam ambjentali immirat lejn titjib tal-kwalità tal-arja
L-investiment tal-Gvern fil-qasam ambjentali huwa immirat lejn t-titjib ambjentali u titjib fil-tal-kwalità tal-ħajja u għalhekk titjib fis-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi. Il-Gvern qed jinvesti b’mod kontinwu biex tiġi ġġenerata enerġija nadifa filwaqt li jitnaqqsu l-emissjonijiet biex titjib il-kwalità tal-arja. Il-Gvern qiegħed jaħdem biex itejjeb il-kwalità tal-arja billi fost l-oħrajn:
• qed issir estensjoni tal-power station skont standards ambjentali Ewropej, li se taħdem fuq sistema li tissodisfa l-obbligi ambjentali tal-Unjoni Ewropea inkluż l-obbligi fuq l-limitu ta’ emissjonijiet.
• jagħmel interconnector li se jwassal enerġija nadifa mill-Ewropa
• jagħti inċentivi biex familji jinvestu f’solar water heaters, double glazing u insulation u sabiex immorru għall-enerġija alternattiva filwaqt li jitnaqqas l-konsum tal-fuel mill-Power Station.
• Fit-12-il xahar li għaddew saru żewġ skemi li permezz tagħhom familji li jixtru panelli fotovoltajiċi jingħataw sa €3,000 kull wieħed. Aktar minn 5,500 familja applikaw biex jingħataw din l-għotja. Qed jingħataw sa €560 lil min jixtri solar water heater.
• Qed tingħata feed in tariff vantaġjuża li permezz tagħha familji li jiġġeneraw l-enerġija mix-xemx jitħallsu 25 ċenteżmu f’Malta u 28 ċenteżmu f’Għawdex, filwaqt li huma għal konsum iħallsu lil EneMalta 16.1 ċenteżmu fuq l-ewwel elfejn unit
• Il-Gvern ħareġ skemi ta’ għotjiet finanzjarji biex sidien ta’ lukandi, ristoranti, bdiewa u raħħala, sidien ta’ fabbriki kif ukoll negozji żgħar u medji jinvestu f’panelli fotovoltajiċi
• Fuq bini pubbliku qed isiru sistemi li bihom tiġi ġġenerata l-enerġija mir-riħ u x-xemx. Infetħet ukoll l-ewwel skola f’Pemroke li tipproduċi elettriku mix-xemx u r-riħ aktar milli għandha bżonn u għalhekk qed tgħaddi l-enerġija żejda lill-grid nazzjonali
• Bi proġetti li saru fl-aħħar snin, mir-riċiklaġġ tal-iskart f’Wied il-Għarjn, mit-trattament tad-drenaġġ f’Ta’ Barkat u mill-produzzjoni tal-ilma f’Pembroke qed jigi ġġenerat l-elettriku. Dan kollu jwassal għal anqas fuel u għalhekk arja aħjar.
• Qed jaħdem sabiex jgħalaq darba għal dejjem il-power station tal-Marsa
• Bir-riforma tat-trasport pubblika diġa qed tintuża flotta ta’ karozzi moderni, b’anqas emmissjonijiet; ir-riforma fit-trasport pubbliku hija mmirata li twassal għal tnaqqas tal-emissjonijiet ta’ carbon monoxide b’55%, hydrocarons b’48%, nitrogen oxides bi 70% u l-partiċelli fl-arja (particulate matter) bi 94%.
• Il-Gvern nieda skema li permezz tagħha min jixtri karozza ġdida u jiskreppja waħda li għandha aktar minn għaxar snin jingħata għotja sa €2,000. Din l-iskema intlaqgħat tajjeb tant li l-limitu ta’ 2,000 karozza stipulati f’din l-iskema ntlaħaq f’anqas minn sitt xhur. Il-Gvern, għalhekk, ħabbar li din l-iskema se tkun estiża għal elf karozza oħra biex jkomplu jitnaqqsu l-vetturi qodma u li jħammġu l-arja.
Stqarrija maħruġa llum mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ambjent u Żvilupp Sostenibbli Leo Brincat, tinjora għal kollox dan l-investiment u tirreferi biss għall-rapport li Malta tintalab tibgħat lil Unjoni Ewropea. L-Aġenzija Ewropea tal-Ambjent ippublikat ir-rapport imsemmi fl-1 ta' Gunju 2011. Malta irrapurtat l-emissjonijiet għad-Direttiva National Emissions Ceilings fl-4 ta Lulju 2011 u l-Kummissjoni Ewropeja ikkonfermat li rċeviet ir-rapport.
F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li l-MEPA għaddejja min eżerċizzju biex ttejjeb is-sistema ta’ moniteraġġ u rappurtaġġ permezz ta’ proġett b’fondi mill-Unjoni Ewropea ta’ €4.9 miljun mmirati lejn din il-ħidma. Dawn il-fondi jinkludu investiment mill-MEPA fi studju dwar diversi temi u f’apparat u sistemi għall-moniteraġġ professjonali.
Il-Gvern se jibqa’ impenjat li jinvesti fit-titjib tal-kwalità tal-arja, t-tnaqqis tal-emissjonijiet u fit-titjib fil-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti. Il-Gvern permezz ta’ proċess wiesà ta’ konsultazzjoni qed ifassal ukoll abbozz għall-politika ambjentali li għandha l-għan li toffri direzzjoni għas-settur ambjentali bħala settur li huwa direttament marbut mat-titjib ekonomiku, soċjali, kulturali u mal-kwalità tal-għixien f’pajjiżna.
Other Press Releases:
PR262007
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...
PR262006