Left arrow Go Back

FAĊILITAJIET SPORTIVI TAL-OGĦLA LIVELL FL-ISKOLA L-ĠDIDA TAL-MOSTA

pr1516
Date Icon 10/08/2011

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja, Dolores Cristina u s-Segretarju Parlamentari Clyde Puli, dalgħodu żaru l-aħħar xogħlijiet li qed isiru fuq il-faċilitajiet sportivi li qed jinbnew fl-iskola sekondarja tas-subien tal-Kulleġġ Maria Reġina, f’Taz-Zokrija, l-Mosta.

Din l-iskola se jkollha faċilitajiet sportivi tal-ogħla livell biex b’hekk diversi dixxiplini sportivi jkunu jistgħu jiġu pprattikati fiha. 

Dawn jinkludu grawnd tal-futbol 9 a-side b’turf sintetiku kif ukoll spazju ieħor b’wiċċ sintetiku.  Dan l-ispazju se jkun jista’ jintuża biex ikunu jistgħu jiġu pprattikati diversi tipi ta’ sports bħall-handball, volleyball, basketball u oħrajn.

Se jkun hemm ukoll 200m track, 100m straight track kif ukoll sand pit għall-long jump. Din l-iskola se tkun mgħammra wkoll b’gym kif ukoll b’changing rooms spazjużi.

Fl-istess skola qed jitlesta wkoll it-twaħħil tal-ħġieġ ta’ tined li għandu jkun lest sal-bidu tas-sena skolastika li jmiss.  Din it-tinda se tkun magħmula minn struttura tal-ħadid mgħottija bil-ħġieġ li tilqa’ mill-elementi fil-kurituri ta’ bejn il-blokki u fl-istess ħin tħalli d-dawl naturali jidħol fil-klassijiet.

Dawn ix-xogħlijiet huma addizzjonali għax ma kinux previsti fil-pjan oriġinali.  L-iskola se tkun inawgurata uffiċjalment aktar tard din is-sena.

Il-Ministru Cristina żaret ukoll xogħlijiet estensivi li qed isiru fl-iskola sekondarja tal-bniet tal-istess Kulleġġ Maria Reġina li wkoll tinsab fil-Mosta.

F’dan il-każ il-proġett jikkonsisti fil-kostruzzjoni ta’ klassijiet u librerija ġdida fuq is-sala eżistenti fit-tieni sular. Fis-sulari l-oħra se jkun hemm ukoll xi klassijiet ġodda.  Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’Għada qed tagħti attenzjoni partikolari biex l-iskejjel ikunu aċċessibli għall-kulħadd. 

Għalhekk din l-iskola wkoll se tkun aċċessibbli għall-kulħadd fis-sulari kollha.  Dan qed isir billi jitwaqqgħu t-turġien u l-lift eżistenti u jerġgħu jinbnew b’mod li l-lift il-ġdid jagħti aċċessibilità għall-kulħadd fl-iskola.

Huwa stmat li dan l-investiment se jiġi jiswa madwar €600,000.

Matul din is-sena qed isiru diversi proġetti ta’ bini ta’ skejjel ġodda, xogħlijiet ta’ upgrading, estensjonijiet u alterazzjonijiet f’diversi skejjel.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  “L-ugwaljanza u l-kompetittività jimxu id f’id” – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262007

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow