Left arrow Go Back

€2.4 MILJUN LIL 28 ORGANIZZAZZJONI MHUX GOVERNATTIVA

pr1513
Date Icon 09/08/2011

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, f’isem il-Gvern, qassmet is-somma ta’ €2.4 miljun lil 28 Organizzazzjoni Mhux Governattiva biex iwettqu proġetti importanti. Meta kellmet lir-rappreżentanti ta’ dawn l-għaqdiet volontarji, il-Ministru Cristina qalet li fis-soċjetà tagħna hawn post għal Għaqdiet Mhux Governattivi li llum jafu li se jsibu l-appoġġ sħiħ tal-Gvern biex ikomplu bil-ħidma tagħhom jekk jagħtu prova ta’ serjetà u trasparenza fil-ħidma tagħhom.

Il-Gvern qed juri l-apprezzament tiegħu għall-ħidma ta’ dawn l-organizazzjonijiet u qed jappoġġja l-ħidma tagħhom bil-fatti u mhux biss bil-kliem. Wara li f’dawn l-aħħar snin dan is-settur kien regolat permezz ta’ liġi apposta u bil-ħolqien ta’ Kunsill u Kummissarju tal-Volontarjat, din is-sena il-Gvern żied il-fondi allokati għal dawn l-organizzazzjonijiet. Dan kien xieraq anke għaliex din is-sena hi dedikata għall-volontarjat u l-ħidma tal-voluntiera.

L-€2.4 miljuni ngħataw lil organizzazzjonijiet li jaħdmu f’diversi setturi li jvarjaw minn servizzi residenzjali għal persuni vulnerabbli jew servizzi ta’ respite, ħidma ma’ vittmi tad-droga jew vjolenza domestika kif ukoll għaqdiet li jagħmlu ħidma fil-komunità ma’ familji f’diffikultajiet jew persuni bi problemi psikoloġiċi.

Naturalment mhux kull organizzazzjoni ħadet l-istess ammont ta’ għajnuna.  Il-Kumitat maħtur apposta biex jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni ta’ dawn il-fondi, eżamina bir-reqqa d-diversi talbiet li kienu sottomessi u ra wkoll kif dawn l-organizzazzjonijiet użaw il-flus mogħtija lilhom is-sena li għaddiet. Is-somma allokat tiddependi wkoll mill-kobor tal-proġett li l-organizzazzjoni tkun se tidħol għalih.

Dawn huma flus pubbliċi u allura jridu jintuzaw b’għaqal u jingħata rendikont tagħhom. Il-Ministru Cristina rringrazzjat lill-Kumitat li jiddeċiedi liema proġetti għandhom ikunu megħjuna, għax-xogħol siewi u bir-reqqa li jagħmel biex jasal għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Hi enfasizzat li l-Gvern jemmen li s-settur tal-volontarjat, bħala parti mis-soċjetà ċivili, għandu kontribut kbir x’jagħti lill-pajjiż. “Aħna kuntenti bil-ħidma tal-mijiet ta’ għaqdiet volontarji li hawn fil-pajjiż li jagħmlu xogħol imprezzabbli”, qalet il-Ministru.

Fakkret li l-Gvern lil dawn l-għaqdiet ma jgħinhomx biss permezz tal-fondi li qed inqassmu l-lum.  Hemm modi oħra ta’ għajnuna barra diversi ftehim oħra li l-Ministeru u entitajiet governattivi oħra jagħmlu ma’ dawn l-għaqdiet. Il-Ministru Cristina ħadet l-okkażżjoni biex għal darb’oħra tħeġġeġ lil aktar Maltin u Għawdxin jingħaqdu ma’ organizzazzjonijiet volontarji u joffru mill-ħin u l-enerġija tagħhom biex jagħmlu differenza fil-ħajja ta’ persuni vulnerabbli, jew biex ikomplu jġibu ‘l quddiem l-ambjent tal-pajjiż jew itejbu s-settur li fih joffru l-ħidma volontarja tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  “L-ugwaljanza u l-kompetittività jimxu id f’id” – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262007

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow