Left arrow Go Back

SKEMA TA’ FINANZJAMENT BIEX IL-KUNSILLI LOKALI JTEJBU L-FAĊILITAJIET TA’ PLAYGROUNDS

pr1506
Date Icon 08/08/2011

Il-Gvern ħareġ skema biex jgħin finanzjarjament lill-Kunsilli Lokali jtejbu l-faċilitajiet tal-playing fields li jaqgħu direttament taħt ir-responsabbiltà tagħhom. L-iskema ħarġet mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali (DLG) u hi intenzjonata biex tassigura li dawk il-playing fields li m’humiex skont l-istandard tal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), jkunu jistgħu jitranġaw bla telf ta’ żmien. L-iskema tagħlaq f’nofs Ottubru li ġej.

Waqt żjara fil-playground li jinsab fi Ġnien Joseph A. Stellini f’Ħal Balzan, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Konsumatur u Kunsilli Lokali Chris Said qal li l-ispetturi tal-MCCAA diġa wettqu spezzjonijiet f’56 mill-148 playground li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali.  Fil-każ ta’ seba’ minnhom instab li dawn ma kinux konformi mal-istandard u kien rakkomandat li dawn jingħalqu jew inkella kien suġġerit li dawk il-partijiet li huma perikolużi jew għandhom xi difett, ma jitħallewx jintużaw. Dan sakemm isiru t-tiswijiet jew l-arranġamenti neċessarji.

Mill-ispezzjonijiet li saru s’issa jirriżulta li l-aktar nuqqasijiet komuni fil-playgrounds Maltin huma n-nuqqas ta’ tabelli li jindikaw numri ta’ telefon f’każ ta’ emerġenza; in-nuqqas ta’ materjal li jassorbi l-waqgħa tat-tfal minn fuq l-apparat tal-logħob; apparat qadim li jista’ jkun ta’ periklu; ħitan ta’ lqugħ li mhux għoli biżżejjed, bandli mhux aġġustati tajjeb; u nuqqas ta’ sinjali tat-traffiku fil-viċinanzi tal-playgrounds.

Dawn kollha huma rekwiżiti fl-istandard imfassal mill-MCCAA (ex-MSA) fl-2010. L-ispezzjonijiet li qed isiru skont dak l-istandard, iridu jitlestew sa tmiem din is-sena. L-ispetturi tal-MCCAA ingħataw taħriġ minn uffiċjali tal-organizzazzjoni Ingliża ROSPA li tipprovdi taħriġ f’dan il-qasam. L-uffiċjali responsabli mill-playgrounds, imqabbda mil-Kunsilli Lokali, ukoll ingħataw it-taħriġ neċessarju għal spezzjonijiet li jridu jagħmlu kuljum.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li l-iskema għat-titjib tal-playgrounds hi intiża biex tgħin finanzjarjament li dawk il-Kunsilli Lokali li jridu jaġġornaw il-playgrounds tagħhom b’mod partikolari fejn dawn huma qodma u għaldaqstant  ma kienux disinjati skond dan l-istandard. Hu appella biex kull min jiffrekwenta dawn il-postijiet għandu jgħin biex il-faċilitajiet jinżammu fi stat tajjeb sabiex jitgawdew kif suppost.

F’Ħal Balzan, is-Segretarju Parlamentari Chris Said kien akkumpanjat miċ-Chairman tal-MCCAA Francis E. Farrugia, mid-Direttur tal-Gvern Lokali Carmel Abela u mis-Sindku ta’ Ħal Balzan John Zammit Montebello.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

More Press Releases Right arrow