Left arrow Go Back

JIŻDIEDU L-OPERAZZJONIJIET FL-EWWEL SITT XHUR TAS-SENA

pr1502
Date Icon 06/08/2011

It-total tan-numru tal-operazzjonijiet li saru fl-Isptar Mater Dei fl-ewwel 6 xhur ta’ din is-sena kien ta’ 21,548. Din tfisser żieda ta’ 4,440 intervent fuq l-ewwel 6 xhur tas-sena 2007 li kienet l-aħħar sena tal-Isptar San Luqa meta kienu saru 17,108 operazzjoni. 

Fl-isptar Mater Dei din is-sena saru medja ta’ 119 operazzjoni kuljum, inkluż is-Sibt u l-Ħadd.

Kien hemm żieda wkoll ta’ 927 fuq in-numru tal-operazzjonijiet li saru fl-2010, meta fl-ewwel sitt xhur kienu saru 20,621 operazzjoni. 

Is-sena li għaddiet saru numru rekord ta’ operazzjonijiet f’sena waħda - 41,794; f’San Luqa kienu saru 32,820.

Mejju 2011 kien xhar rekord b’total ta’ 3,762 operazzjoni.

Qed jittieħdu diversi inizjattivi sabiex ikomplu jiżdiedu l-operazzjonijiet u  jitnaqqas iż-żmien tas-stennija għall-operazzjonijiet. Żdied in-numru ta’ infermiera u professjonijisti li jaħdmu mad-dipartiment tas-saħħa. Kien hemm żieda wkoll fin-numru ta’ siegħat li fihom jintużaw it-teatri għall-operazzjonijiet.

B’arranġament ma’ żewġ kliniċi privati, se jsiru numru ta’ operazzjonijiet tal-kataretti li għalihom se jħallas il-Gvern.

Il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ Joe Cassar qal li l-inizjattivi li qed jittieħdu qed jagħtu riżultati.  Hu qal li qed jiżdiedu l-operazzjonijiet, jiżdiedu s-servizzi mediċi, jiżdiedu s-servizzi ta’ prevenzjoni u qed jiżdiedu l-medicini li jingħataw b’xejn.  Hu qal li l-Gvern qed jipprovdi aktar fondi biex il-poplu Malti u Għawdxi jingħata servizz tas-saħħa ta’ kwalita’ mill-aqwa u b’xejn.  Hu irringrazzja lill-ħaddiema kollha fis-settur tas-saħħa tas-servizz li jagħtu tul is-sena kollha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

More Press Releases Right arrow