Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr1485
Date Icon 04/08/2011

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jirreferi għall-istqarrija tal-Onor. Anthony Agius Decelis, kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Biedja u s-Sajd.

Il-Gvern jinnota li llum l-Oppożizzjoni qed tagħraf l-importanza tal-investiment li sar f’pajjiżna biex llum għandna Hard Standing Facility.  Qabel ma kien sar dan l-investiment b’għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropea, is-sajjieda kien ikollhom isiefru l-bastimenti tagħhom għall-manutenzjoni, iħallsu għas-servizz u x-xogħol kien isir mill-barranin. Dan illum ma jseħx għax is-servizz qed ikun ipprovdut lokalment b’opportunitajiet ta’ xogħol għall-Maltin.

Fir-rigward tal-proposta tal-miżati l-ġodda, filwaqt li jrid ikun iċċarrat li dejjem kien jintalab ħlas għas-servizz, din il-proposta ilha miftuħa għall-konsultazjoni għal dawn l-aħħar 4 ġimgħat. Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali rċieva biss kummenti mingħand l-Għaqda Koperattiva tas-Sajd.

L-Oppożizzjoni setgħet b’mod faċli flok tilgħab għall-gallarija, tersaq ‘il quddiem bi proposti. Biss bħas-soltu l-Oppożizzjoni dan m’għamlitux.

Issa jmiss li l-Gvern janalizza l-proposti li daħlu biex b’hekk tkun deċiża t-triq ‘l quddiem. 

Il-Ministeru jikjarifika li bħal ma kien diġa għamel, din is-sena wkoll se tingħata konċessjoni biex il-landing officer ikun fil-port ta’ San Pawl il-Baħar u Marsaskala. Din il-konċessjoni qed tingħata fuq perjodu itwal mis-sena l-oħra u tapplika mill-ewwel t’Awwissu sal-aħħar ta’ Settembru u mill-ewwel ta’ Diċembru sal-aħħar ta’ Marzu 2012. Iż-żewġ koperattivi ġew mgħarrfa b’dan f’laqgħa li saret magħhom xi ġimgħat ilu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

More Press Releases Right arrow