Left arrow Go Back

SKOLASAJF - PROGRAMM KREATTIV GĦALL-ISTUDENTI

pr1483
Date Icon 04/08/2011

Stephen Spiteri, Assistant Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni Xogħol u l-Familja, dalgħodu attenda għal sessjoni ta’ Skola Sajf li saret fiċ-Ċentru ta’ Birżebbuġa li matulha ppremja tfal li rebħu kompetizzjoni dwar l-imħabba lejn l-annimali.

Madwar 3,500 tifel u tifla mill-iskejjel statali, tal-knisja u indipendenti, qegħdin jipparteċipaw fi Skolasajf.  F’Malta hawn 45 ċentru ta’ Skolasajf filwaqt li f’Għawdex hemm 11-il ċentru.  Qegħdin jieħdu sehem ukoll madwar 225 student Universitarju li qed isegwu korsijiet fil-Fakultà tal-Edukazzjoni u min xi fakultajiet oħra.  Qegħdin jieħdu sehem ukoll madwar 120 kap/assistent kap/għalliema bħala Koordinaturi fiċ-Ċentri ta’ Skolasajf kif ukoll madwar 80 LSA.

Il-Programm Skolasajf joffri l-opportunità lit-tfal li jkollhom programm edukattiv u kreattiv tul ix-xhur tas-sajf biex filwaqt li jużaw il-ħin liberu tagħhom b’mod produttiv ikunu qed jilagħbu u jitgħallmu ma’ sħabhom.  Skolasajf toffri wkoll l-opportunità lill-ġenituri tat-tfal, speċjalment dawk li jaħdmu, biex fil-ħinijiet tax-xogħol ikunu moħħhom mistrieħ dwar x’qed jagħmlu uliedhom.

Skolasajf 2011 fetħet il-bibien tagħha nhar il-Ħamis 14 ta’ Lulju u ser tibqa’ sejra sal-Ġimgħa 2 ta’ Settembru 2011, kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9.00a.m. u 12.00p.m. Il-Programm hu miftuħ għat-tfal tar-raba’, il-ħames u s-sitt klassi tal-iskejjel primarji kollha (Stat, Knisja u Indipendenti).  Iċ-ċentri ta’ Skolasajf huma mqassmin madwar Malta u Għawdex biex kulħadd ikun moqdi.

It-tema magħżula għal din is-sena hija “Il-Volontarjat – Nagħtu Sehemna”. 

Tfal li jattendu ċ-Ċentri ta’ Riżorsi għandhom programmi apposta għalihom.

Hemm ukoll programm magħruf bħala Klabbsajf għal dawk it-tfal li tul is-sena skolastika jingħataw s-servizz ta’ għajnuna kumplimentari fil-litteriżmu.  Dan il-programm hu maħsub apposta biex jgħin lil dawn it-tfal jimxu ’l quddiem fl-edukazzjoni.

4 ta’ Awwissu 2011 – Jum il-Ħarsien tal-Annimali

Il-Ħamis tar-raba’ ġimgħa ta’ Skolasajf jiġi organizzat Jum il-Ħarsien tal-Annimali.  Kull ċentru ta’ Skolasajf f’Malta u Għawdex jorganizza programm ta’ attivitajiet sabiex jiċċelebraw din l-okkażjoni. Din is-sena l-attività prinċipali saret fiċ-Ċentru ta’ B’Buġia fi ħdan il-Kulleġġ San Benedettu. Ittella’ programm li kien jinkludi:

Kanzunetta ta’ Merħba                       Il-Maltin

                                                            Kantata minn Jamie Cardona

                                                            Lirika Chris Azzopardi

                                                            Mużika Priscilla Psaila

Introduzzjoni tal-programm                Jake Darmanin u Martina Żarb

Messaġġ mill-Istudenti tal-Kunsill Skolastiku Primarja Birżebbuġa Skolasajf  2011 Presidenta tal-Kunsill Martina Żarb

Powerpoint presentation                     Animal Awareness – Do Something! 

                                                            Kristin Genovese

                                                            Isaac Genovese

                                                            Nathaniel Azzopardi

Kanzunetta                                          Farm Animal Song

                                                            Mtella’ mit-tim ta’ Klabbsajf

Kullana ta’ poeżiji                               L-Annimali ta’ Madwarna

                                                            My Friend and his Pet

                                                            L-Imħabba lejn l-Annimali 

                                                            Miktubin mill-istudenti ta’ Ms Roberta Bugeja

                                                            L-Annimali Ma Naħqrux

                                                            Annimali Ħelwin u Liberi

                                                            Annimali Madwarna

                                                            Miktubin mill-istudenti ta’ Ms Lara Jane Cardona

Kanzunetta                                          The Lion Sleeps Tonight

                                                            Mtella’ mill-istudenti ta’ Ms Melissa Agius

Reċta edukattiva u informattiva         Is-Sejħa          

                                                            Mtella’ minn Skolasajf  Drama Group

                                                            Kitba, Produzzjoni u Direzzjoni Alexandra Vella

InterventSPCA
Diskors mis-Sur George BorgDirettur Servizzi għall-Istudent

Preżentazzjoni tal-isponsors ewlenin Paolo Bonnici Ltd., f’isem il-Weetabix –Skolasajf

                                                            HSBC – Klabbsajf

Diskors minn Dr Stephen SpiteriAssistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja
Kanzunetta FinaliCircle of Life

Mtella’ mill-istudenti ta’Ms Anthea

It-tberik tal-annimali se jsir fid-9.30 fil-bitħa qabel ma jibda l-programm li se jigi mtella’ fis-sala tal-iskola
Informazzjoni Dwar il-Programm Skolasajf 2011

L-iskopijiet ewlenin ta’ Skolasajf (Skejjel Primarji) huma:

·         Li joffri lill-istudenti tar-raba’, l-ħames u s-sitt klassi tal-iskejjel primarji programm ta’ attivitajiet edukattivi u rikreattivi li jagħtu tagħlim informali li jikkumplimenta u jsaħħaħ dak li jkun sar fis-sena skolastika.

·         Li tipprovdi lill-istudenti tal-B.Ed u studenti minn fakultajiet oħra, li jkunu fl-ewwel, t-tieni u t-tielet sena tal-kors tagħhom, opportunitajiet li josservaw u jikkomunikaw mat-tfal.  Dan isir f’sitwazzjonijiet kreattivi u mhux daqshekk formali bħalma jkunu matul is-sena skolastika.

·         Li jagħti lill-ġenituri, speċjalment lil dawk li jaħdmu, l-opportunita` li jsibu post adattat għall-kura ta’ wliedhom waqt il-vaganzi tas-Sajf.

PROGRAMM TA’ SKOLASAJF 2011

Seminars għall- Koordinaturi kollha

Is-Seminars għall-Koordinaturi jservu bħala preparazzjoni u koordinament bejn il-proġetti speċjali kollha. Is-Seminars huma maqsuma wieħed għall-Koordinaturi tal-Ewwel Sessjoni u l-ieħor għall-Koordinaturi tat-Tieni Sessjoni.  Is-Seminar tal-Koordinaturi tal-Ewwel Sessjoni sar nhar it-Tlieta 12 ta’ Lulju 2011.  F’dan is-Seminar jingħataw dettalji dwar il-Programmi Speċjali ta’ Skolasajf għal din is-sena kif ukoll dwar t-tmexxija ta’ dawn il-Programmi.  Is-Seminar għal Koordinaturi tat-Tieni Sessjoni sar nhar it-Tlieta 2 ta’ Awwissu 2011.

Programm għall-Iskejjel Primarji

Il-Programm ta’ ħidma għat-tfal fi Skolasajf jinkludi sessjonijiet ta’ tpinġija, drama, żfin, kant, mima, diskussjonijiet, kwizz, sport u żjarat f’postijiet kulturali, industrijali u kummerċjali kemm fuq skala lokali kif ukoll fuq skala nazzjonali, per eżempju: fabbriki, mużewijiet, stazzjonijiet tar-radju, knisja parrokkjali, banek, uffiċċji, u Kunsilli Lokali.

Kunsilli tal-Istudenti waqt Skolasajf

Matul Skolasajf jitwaqqfu wkoll il-Kunsilli tal-Istudenti.  Dawn jipparteċipaw fi proċess ta’ konsultazzjonijiet f’deċizjonijiet li jolqtu liċ-Ċentru tagħhom. 

Programmi Speċjali oħra huma:

·         Programm ta’ Prevenzjoni mill-Aġenzija Sedqa u iehor mill-Caritas

·         Healthy Breakfast Days

·         Żjarat – Radju tal-Universita’ - CAMPUS FM 

·         Heritage Malta – kemm f’Malta kif ukoll f’ Għawdex

·         Drama, Arti u Krafts

·         Ħarsien tal-Ambjent

·         Apprezza t-Turiżmu

·         MRRA – , Animal Welfare, Tree Awareness, Energy Saving, Water Conservation,   Waste Reduction

·         DanceSport

·         MTA Blue Flag

·         Dogs Trust / SPCA

·         Ten-Pin Bowling

·         Żjarat fil-Palazz tal-Verdala u l-Palazz ta’ San Anton

Kull student qed jipparteċipa f’xi wieħed/jew aktar minn dawn il-programmi.

Programm għaċ-Ċentri ta’ Riżorsa

Il-Programm ta’ Skolasajf qed jiġi offrut ukoll f’dawn ic-Ċentri ta’ Riżorsi.

San Miguel-St. Andrews
Guardian Angel-Ħamrun
Hellen Keller-Qrendi
Dun Manwel Attard-Wardija
Profs Guze Aquilina Special Unit-Sannat

‘Open Days’ fiċ-Ċentri ta’ Skolasajf

Fl-ewwel ġimgħa ta’ Settembru kull Ċentru se jtella’ wirja fiċ-ċentru tiegħu stess li għaliha jkunu mistednin il-ġenituri tat-tfal kollha. Din il-wirja se tagħti l-opportunita’ liċ-ċentri li juru attivitajiet kulturali (per eżempju mima, drama, sport u kant)

Klabbsajf

L-għan ta’ dan il-programm hu li jilħaq lil dawk it-tfal li matul is-sena skolastika 2010/2011 kienu jirċievu għajnuna kumplimentari.  Il-Programm Klabbsajf se jiftaħ f’dawn iċ-Ċentri:

Malta

Għawdex

St. Nicholas College Attard Primary

Gozo College Sannat Primary

St. Theresa College B’Kara Primary

Gozo College Victoria Primary

St. Benedict College B’Buġia Primary

Gozo College Xagħra Primary

St. Thomas More College Fgura Primary A

Gozo College Xewkija Primary

St. Nicholas College Mġarr Primary

Maria Regina College Mosta Primary A

St. Gorg Preca College Paola Primary A

St. Clare College Pembroke Primary

St. Clara College San Ġwann Primary A

St. Ignatius College Żebbug Primary

St. Thomas More College Żejtun Primary A

St. Benedict College Żurrieq Primary

Community Chest Fund

Bħalma sar matul dawn l-aħħar snin, matul il-programm ta’ Skolasajf ser jinġabru flus fuq bażi volontarja b’risq il-Community Chest Fund.  Għal dan l-iskop it-tfal ser jiġu mħeġġa li jkunu ta’ servizz billi jtellgħu Talent Shows fiċ-Ċentri rispettivi tagħhom.

Sponsors

Din is-sena wkoll Skolasajf qed issib għajnuna siewja minn PAOLO BONNICI LTD (Rappreżentanti tal-Weetabix f’Malta.)  Qed joffru l-għajnuna tagħhom permezz ta’:

·         Healthy Breakfast f’kull Ċentru

·         Xiri ta’ materjal edukattiv

·         Trofej, Polo-Shirts u brieret

HSBC - Qed joffri kotba, CDs u materjal edukattiv ieħor biex jintużaw fil-Programm Klabbsajf.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

More Press Releases Right arrow