KONSULTAZZJONI PUBBLIKA FUQ IR-REGOLAMENTI FUQ SELF FUQ DJAR
Fl-1 ta’ Awwissu 2011 l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) ħarġet għall-konsultazzjoni pubblika sett ta’ regolamenti ġodda li jirregolaw il-ftehim ta’ Self fuq Djar. Il-perjodu ta’ konsultazzjoni jagħlaq fil-31 ta’ Awwissu 2011.
L-għan ta’ dawn ir-regolamenti hu li l-konsumatur ikollu livell ogħla ta’ protezzjoni meta jiġi biex jieħu waħda mill-aktar deċiżjonijiet importanti ta’ ħajtu – dik li jissellef il-flus biex jixtri daru.
Fit-tfassil ta’ dawn ir-regolamenti, li sar b’konsultazzjoni mal-istakeholders, ittieħed in konsiderazzjoni dak li qed jiġi diskuss f’Direttiva dwar Self fuq Djar proposta mill-Kummissjoni Ewropea. Madanakollu l-Gvern Malti jrid li dawn ir-regolamenti mfassla mill-MCCAA jidħlu fis-seħħ anki qabel tidħol fis-seħħ din id-Direttiva, għaliex jemmen li r-Regolamenti huma importanti ħafna biex jitħares il-konsumatur Malti. Ir-regolamenti jeżiġu li l-konsumatur jingħata informazzjoni aktar ċara u li tiftiehem; b’valutazzjoni aħjar tal-ħila tiegħu li jħallas lura s-self; u b’pariri aktar affidabbli.
Ir-regolamenti dwar Self fuq Djar jistgħu jitniżżlu mis-sit elettroniku www.consumer.gov.mt. Min jixtieq aktar informazzjoni jew irid iwassal is-suġġerimenti tiegħu għandu jibgħat email fuq fair.trading@gov.mt jew jikteb lill-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fuq l-indirizz Office for Fair Trading, Triq il-Kanun, St Venera SVR 1411.
Other Press Releases:
PR262006
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR262005en