Left arrow Go Back

TOROQ RESIDENZJALI TA’ KWALITA’ AĦJAR FIL-GŻIRA GĦAWDXIJA

pr1471
Date Icon 02/11/2011

Fix-xhur li għaddew il-Kunsilli Lokali Għawdxin, bejniethom lestew 19-il triq residenzjali, filwaqt li bħalissa għaddej xogħol fuq 19-il triq residenzjali oħra. Dawn mistennija jitlestew f’qasir żmien biex imbagħad ikun jista’ jibda x-xogħol fuq 12-il triq oħra.  B’hekk fi spazju ta’ ftit xhur, permezz tal-iskema tal-Public Private Partnership għat-toroq u permezz tal-allokazzjoni finanzjarja annwali riżervata għax-xogħlijiet fit-toroq f’Għawdex se jkunu saru 50 triq.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, Chris Said qal dan meta dalgħodu żar in-Nadur fejn seta’ jsegwi x-xogħlijiet li qed isiru f’numru ta’ toroq residenzjali. Hu kien akkumpanjat mis-Sindku Miriam Portelli u min-numru ta’ kunsillieri fl-istess lokalita’.

F’din il-lokalita’, ix-xogħlijiet jinsabu fi stadju avvanzat tant li diġa’ tlestew ħames toroq: Triq Grunju, Triq Diċembru 13, Triq Dun Bernard Haber, Triq Karlu Borg u Triq il-Mitħna l-Qadima.  F’sitt toroq oħra ix-xogħlijiet jinsabu għaddejjin u mistennija jitlestew f’qasir żmien.  Triq Xjuf ir-Riħ, Triq Dun Grezz Borg u Triq ta’ Mattiju jinsabu fi stadju avvanzat ħafna.  Qed isiru xoghlijiet ukoll fi Triq San Gakbu, Triq Buskett u Triq Sant’ Indrija.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said sostna li l-Gvern qed jagħti importanza lit-toroq residenzjali billi qed joffri l-għodda neċessarja sabiex il-Kunsilli Lokali jwettqu l-ħidma tagħhom. Hu qal ukoll li l-Gvern qed isus wara l-Kunsilli Lokali kollha biex iwettqu x-xogħlijiet skont kif programmat.

Mill-programm ta’ xogħlijiet fit-toroq li kien tfassal is-sena li għaddiet madwar il-pajjiż kollu, sa issa tlestew 165 triq residenzjali, filwaqt li 55 triq qed isiru attwalment u mistennija jitlestew f’qasir żmien. Ix-xogħlijiet f’142 triq oħra se jibda fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin filwaqt li fil-każ ta’ 94 triq, il-proċess jinsab fil-fażi tas-sejħiet għall-offerti.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li qatt daqs dawn l-aħħar xhur ma kienu għaddejjin daqstant xogħlijiet fuq toroq residenzjali fl-istess ħin. Dan minbarra x-xogħlijiet li qed isiru mill-Gvern ċentrali u minn Transport Malta direttament fuq għexieren ta’ toroq residenzjali li qatt ma kienu saru qabel, u fuq numru ieħor ta’ toroq arterjali u distributorji.  Hu qal li hu minnu li dan ix-xogħol kollu jġib ftit ta’ inkonvenjent, iżda ladarba jkun lest il-poplu Malti u Għawdxi jgawdi minn infrastruttura tal-ogħla kwalita’.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow