Left arrow Go Back

INTEMMET L-EWWEL FAŻI TAL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

pr1466
Date Icon 02/08/2011

L-ewwel fażi tal-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għalqet  fl-aħħar ta’ Lulju.

Wara li d-dokument ġie mniedi fil-11 ta’ Mejju 2011, l-edukaturi kollha fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti rċivew dan id-dokument biex jiġi diskuss fuq livell ta’ skola u / jew kulleġġ jew fuq bażi personali. Id-dokument tpoġġa wkoll fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Edukazzjoni Xogħol u l-Familja: www.meef.gov.mt

Din l-ewwel fażi ta’ konsultazzjoni serviet biex jiġi ppreżentat il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali u fl-istess waqt  tipprepara lill-imsieħba diversi għall-proċess ta’ konsultazzjoni interna.  Il-laqgħat ma’ dawk involuti servew biex jenfasizzaw ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali kif ukoll l-implikazzjonijiet tiegħu għall-imsieħba diversi kif mistenni minn dokument bħal dan u biex ġiet spjegata l-funzjoni tal-imsieħba fil-proċess ta’ konsultazzjoni f’termini kemm tal-kontribut personali tagħhom kif ukoll tal-funzjoni tagħhom li jiġbru flimkien ir-reazzjonijiet u r-risposti tal-komunitajiet affiljati magħhom.

Matul l-ewwel fażi saru madwar ħamsin laqgħa, fosthom żewġ laqgħat pubbliċi, waħda f’Malta u oħra f’Għawdex.  Fiz-żewġ laqgħat l-attendenza kienet waħda numeruża u parteċipattiva. 

Saru wkoll laqgħat mal–Kumitat tal-Affarijiet Soċjali tal-Parlament; mad-diriġenti tal-partiti politiċi ewlenin; mal-Università, fosthom mal-Fakultà tal-Edukazzjoni; mal-Kapijiet ta’ Istituzzjonijiet Edukattivi Primarji, Sekondarji u Post-Sekondarji kemm tal-Istat kif ukoll ma’ dawk tal-Knisja u dawk Indipendenti. 

Saru laqgħat  ma’ rappreżentanti tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem; ma’ għaqdiet govenattivi u non-governattivi, aġenziji u individwi li wrew ix-xewqa li jiddiskutu oqsma partikolari hekk kif proposti fil-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali.

Il-Media lokali tat sehem utli biex twassal il-proposti fid-djar.  Prof Grace Grima flimkien ma’ membri tal-kumitat li ħadmu fuq il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali ħadu sehem attiv f’diversi programmi tar-radju u televiżjoni kif ukoll b’kitbiet fuq is-suġġett fil-ġurnali lokali.

Prof Grace Grima f’isem il–Minsteru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, kif ukol f’isem il-Kumitat għar-Reviżjoni tal-Kurrikulu, irringrazzjat lil kulmin ħa sehem f’dan il-proċess ta’ konsultazzjoni filwaqt li ħeġġet lil kulħadd biex id-dokumenti jinqraw sewwa fid-dettall, il-kontenut u l-implikazzjonijiet tagħhom. 

Ta’ min jgħid li preparamenti biex isiru laqghat fl-iskejjel u kulleġġi hekk kif tibda s-sena skolastika huma fi stadju avvanzat.  Għal dan il-għan qed jitħejjew dokumenti kemm għall-ġenituri kif ukoll għat -tfal.

Fit-2 u 3 ta’ Diċembru se jkun hemm konferenza nazzjonali fuq il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali fejn kulħadd hu mistieden biex jattendi u jieħu sehem attiv qabel jagħlaq il-proċess ta’ konsultazzjoni fl-aħħar tas-sena.

Fl-aħħar iżda mhux l-inqas kulħadd huwa mistieden biex jagħmel is-sottomissjonijiet dwar id-dokument bil-miktub,  biex dawn  jittieħdu inkonsiderazzjoni aktar ‘il quddiem wara li jintemm  il-proċess kollu ta’ konsultazzjoni.

Dokument biex jgħin fil-ġbir ta’ informazjoni, ideat u opinjonijiet mill-pubbliku jinsab fuq l-istess sit elettroniku: www.meef.gov.mt  flimkien mad-dokumenti konsultattivi, kemm verżjoni bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

More Press Releases Right arrow