Left arrow Go Back

WASAL BIEX JITLESTA X-XOGĦOL FUQ IS-SALUTING BATTERY FIL-BARRAKKA TA’ FUQ

pr0984
Date Icon 19/05/2011

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali żar ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ li qed isiru fis-saluting battery taħt il-Barrakka ta’ fuq. Dawn ix-xogħlijiet jinsabu fi stadju avvanzat u l-post għandu jerġa’ jinfetaħ għall-pubbliku fil-ġranet li ġejjin.

Dan ix-xogħol fuq is-saluting battery mhux biss huwa wieħed ta’ tisbiħ iżda għandu l-għan li jkompli jippreserva l-Lascaris War Rooms. Matul is-snin bdiet tkun inottata ħsara fil-ġebel tal-Lascaris war rooms kawża tal-ilma li beda jgħaddi minn taħt it-turf u l-art tas-saluting battery. Għalhekk ittieħdet deċiżjoni li jinqala’ l-wiċċ tal-ġnien u jsir waterproofing kemm taħt it-turf kif ukoll taħt il-pavimentar sabiex l-ilma ma jinżilx fil-war rooms.

Il-materjal użat f’dan il-proġett ilaħħaq l-ispiża ta’ madwar €150,000.  F’partijiet ta’ dan il-post fejn kien hemm pavimentar tal-ġebel antik dawn ġew enumerati u nqalgħu sabiex isir il-waterproofing u qed jerġgħu jitpoġġew. Dan il-proġett qed isir fuq spazju ta’ ‘l fuq minn 1,650 metru kwadru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

More Press Releases Right arrow