STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT: PASSI LEGALI KONTRA L-PARTIT LABURISTA WARA L-ISTQARRIJA QARRIEQA PPUBBLIKATA LLEJLA
Il-Ministru Tonio Fenech se jieħu aktar passi legali kontra l-Partit Laburista dwar l-istqarrija qarrieqa u malafamanti li ħarġet illejla mill-Partit Laburista. Dawn il-passi legali jingħaqdu ma’ libell ieħor li diġa’ sar kontra l-media tal-Partit Laburista, mill-istess Ministru Tonio Fenech.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat ma għandu ebda argumenti ekonomiċi u finanzjarji biex jirribbati l-politika u r-riżultati miksuba mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li huma rikonoxxuti wkoll minn istituzzjonijiet indipendenti internazzjonali u għalhekk jirrikorri għal character assassination – fejn bl-aktar mod qarrieqi jattakka lill-persuna mingħajr raġuni.
Il-Kap tal-Oppozizzjoni fil-bidu tal-ħatra tiegħu kien qal li se jimxi b’etika u jrid li l-media tal-Oppożizzjoni timxi fuq kodiċi ta’ etika li ta hu stess. Joseph Muscat rema l-Kodiċi ta’ Etika biex la jużah hu u lanqas tużah il-media tal-Oppożizzjoni. Għal Joseph Muscat ma jeżistix il-valur tas-sewwa u l-kelma li ta ma tiswa xejn.
L-attakk li għaddej bih l-Oppożizzjoni huwa xhieda ta’ Oppożizzjoni li hi xotta u dgħajfa minn dawk li huma argumenti ekonomici u finanzjarji u tirritorna għall-mezzi użati regolarment fl-aħħar snin biex twettaq assassinju politiku.
Għaldaqtstant, fid-dawl tal-istqarrija tal-lejla, il-Ministru Fenech se jkun qed ikompli jieħu l-passi meħtieġa, biex ikompli jiddefendi ismu, skont il-liġi. Il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Oppożizzjoni jkunu qed iqarrqu meta jgħidu li l-Ministru ma fetaħx libell dwar allegazzjonijiet infondati li saru għaliex il-Ministru Tonio Fenech fetaħ libell kontra l-editur ta’ One News li rrapporta allegazzjonijiet foloz li għamel Charles Magro.
Other Press Releases:
PR262006
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR262005en