Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT BI TWEĠIBA GĦALL-ISTQARRIJA PPUBBLIKATA MILL-UFFIĊĊJU TAL-KOMUNIKAZZJONI TAL-PARTIT LABURISTA DWAR L-AIR MALTA

pr0978
Date Icon 18/05/2011

Il-verżjoni finali tal-pjan ta’ ristrutturar tal-Air Malta li l-Gvern ippreżenta lill-Kummissjoni Ewropea ma nbidilx minn dak diskuss fl-aħħar Kumitat għar-ristrutturar li kien maħtur għal dan l-għan. Għandu jkun irrimarkat ukoll li fit-tħejjija ta’ dan il-pjan, l-istakeholders kellhom l-opportunità li jressqu l-pożizzjonijiet tagħhom.

Matul dan l-aħħar xahar il-Gvern iddiskuta dan il-Pjan mal-Kummissjoni biex jiġi żgurat li dan hu konformi mal-parametri legali Ewropej. Il-pjan issa tressaq lill-Kummissjoni u jekk din titlob bidliet strateġiċi, il-Gvern jerġa’ jiddiskuti dawn il-bidliet mal-istess Kumitat.

Sal-lum, il-Kummissjoni Ewropea għadha ma talbitx bidliet għal dan il-pjan.

Għal darba oħra, l-Oppożizzjoni turi li l-interess tagħha f'dan il-proċess hu biss li titfa’ d-dubju għall-gwadann politiku u tilgħab għall-gallarija. L-interess tal-Gvern huwa li jassigura futur b’saħħtu għal-linja tal-ajru nazzjonali, għall-benefiċċju tas-setturi ekonomiċi u l-eluf ta’ ħaddiema li l-impjieg tagħhom b’xi mod jiddependi fuq il-ġejjieni tal-Air Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

More Press Releases Right arrow