Left arrow Go Back

AKTAR RIŻULTATI U ESPERJENZI GĦALL-ISTUDENTI ŻGĦAŻAGĦ TAL-ITS F’GĦAWDEX

pr0971
Date Icon 18/05/2011

Studenti li matul l-aħħar sena kienu qed jattendu korsijiet fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) fil-Qala, Għawdex, ġew ippreżentati bi premjijiet li ġew mogħtija minn individwi esperti fil-qasam tal-preparazzjoni tal-ikel u l-mod kif jiġi servut l-ikel u l-inbid. Wara li s-sena l-oħra tnieda għall-ewwel darba l-premju għall-aħjar tim ta’ chefs u l-aħjar tim ta’ wejters, din is-sena ngħataw ukoll żewġ premjijiet oħra lil dak l-istudent li ġie kkunsidrat bħala l-aħjar fil-mod kif iservi l-inbid kif ukoll lill-istudent li l-aktar ipprometta fl-istudji tiegħu matul l-aħħar sena.

Dawn il-premjijiet ġew ippreżentati mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, waqt attività li fiha pparteċipaw l-istudenti kollha li matul dawn l-aħħar sentejn kienu qed jattendu korsijiet fuq bażi full-time ġewwa dan l-Istitut f’Għawdex. Il-Ministru fissret kif l-investiment li sar fil-bini mill-ġdid ta’ dan l-istitut beda jagħti l-frott li minnu qed igawdu kemm iż-żgħażagħ Għawdxin kif ukoll is-settur turistiku Għawdxi. Dan għaliex filwaqt li kompla jżid il-faċilitajiet li permezz tagħhom studenti żgħażagħ Għawdxin jistgħu jibqgħu jitħarrġu f’Għawdex stess biex ikomplu jtejbu l-kompetenzi tagħhom fil-qasam tax-xogħol, dan l-istitut qed jipprovdi ħaddiema mħarrġa aħjar biex jaħdmu fis-settur turistiku li għandu importanza ekonomika qawwija għal Għawdex.   

Matul l-aħħar sena madwar tletin student kienu qed jattendu korsijiet full-time fejn tħarrġu fil-preparazzjoni tal-ikel u l-arti kulinarja u fil-mod ta’ kif jiġi servut l-inbid u xorb ieħor. Saru wkoll korsijiet oħra fuq bażi part-time li għalihom attendew madwar sebgħin parteċipant li ħafna minnhom huma diġà impjegati fis-settur. Dawn il-korsijiet kienu jittrattaw ukoll il-preparazzjoni ta’ ikel bl-għaġina permezz ta’ korsijiet f’żewġ livelli differenti, Food Handlers Licence B u l-Wine Spirits Educational Trust Intermediate course (WSET).

Matul is-sena l-istudenti żgħażagħ ipparteċipaw f’diversi avvenimenti li permezz tagħhom setgħu jpoġġu fil-prattika dak li kienu qed jitgħallmu. Huma ħadu sehem f’attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi b’risq Puttinu Cares u l-Istrina filwaqt li ħejjew u servew ikel waqt open day li nżammet meta ġiet inawgurata l-iskola sekondarja ġdida tas-subien u waqt Parents’ Evening li nżamm fl-ITS stess. Din is-sena ġiet organizzata għat-tielet darba konferenza annwali dwar karrieiri fis-settur turistiku.

L-istudenti żgħażagħ Għawdxin ħadu wkoll sehem f’attivitajiet li rriżultaw f’esperjenzi validi fil-qasam tal-istudji turistiċi. Dan permezz ta’ skambju li sar mal-Ottenschlag Schloss fl-Austria fejn 10 studenti Għawdxin qattgħu xi jiem li matulhom tħarrġu flimkien mal-istudenti f’dan l-istitut. Kellhom ukoll opportunità li jiġu ntrodotti mas-suġġett ta’ agri-turiżmu li huwa wkoll materja li tiġi ttrattata f’dan l-Istitut. Fl-istess waqt  erbatax-il student Awstrijak żaru l-ITS fil-Qala fejn fost attivitajiet oħra pparteċipaw f’sessjoni ta’ taħriġ li ngħatat minn tlett koki magħrufa taljani li kienu Għawdex għall-Grand tour of Taste. Bosta ġurnalisti Taljani kienu Għawdex biex jipparteċipaw f’dan l-avveniment li matulu ġie promoss l-ikel tipiku Għawdxi. Żewġ studenti flimkien ma’ għalliema mill-ITS ġew mistiedna biex fl-aħħar ta’ dan ix-xahar jipparteċipaw f’attività li tikkonkludi l-avveniment permezz ta’ Serata di Gola li ssir ġewwa l-Arena del Sole tat-Teatro Stabile ta’ Bologna.

Aktar kmieni din is-sena grupp ta’ erba’ studenti oħra ħa sehem f’La Rassegna dei Cuochi ġewwa r-reġjun tal-Abruzzo fl-Italja fejn ukoll ingħatat importanza lill-ikel tipiku tar-reġjun.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

More Press Releases Right arrow