Left arrow Go Back

IL-MUDELL KOPERATTIV JOFFRI OPPORTUNITAJIET U VANTAĠĠI FAVUR EKONOMIJA SOĊJALI

pr0962
Date Icon 17/05/2011

“Il-mudell koperattiv jaqdi funzjoni flessibbli, u jippresta ruħu tajjeb għal oqsma ta’ xogħol mill-iżjed partikolari, u ta’ valur miżjud għoli.  Jeħtieġ li f’pajjiżna nitgħallmu iżjed fuq il-vantaġġi infiniti li joffri dan il-mudell ta’ tmexxija, biex tassew ninkoraġġixxu Ekonomija Soċjali, Ekonomija Ċivili.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi llum waqt żjara għand il-koperattiva li taħdem fil-qasam tar-restawr tal-opri tal-Arti, Re-Coop ġewwa l-qasam industrijali tal-Imrieħel.

Jason Azzopardi iddawwar mal-laboratorju tal-koperattiva li tagħmel restawr ta’ pitturi, skulturi, kartapesta, xogħol fl-injam, irħam, bronż, kif ukoll twettaq xogħol in situ fuq arkitettura.  Waqt iż-żjara huwa saħaq kif il-mudell tal-koperattiva jagħti opportunità lill-membri li jkunu wkoll proprjetarji tal-koperattiva nnifisha u għalhekk dan jikkontribwixxi għal sens ta’ sodisfazzjon ikbar.

Is-Segretarju Parlamentari nnota kif fl-Unjoni Ewropea, il-koperattivi kienu fost l-inqas li ħassew id-daqqa tal-kriżi finanzjarja u dan għax l-impenn li jeżisti fil-mudell koperattiv, jippermetti flessibbilità u dedikazzjoni ikbar.

Jason Azzopardi nnota kif Re-Coop hija eżempju eċċellenti ta’ kemm il-mudell koperattiv jista’ jkun ideali għal oqsma differenti ta’ xogħol.  Il-koperattiva li ilha stabbilita 8 snin, tilqa’ fiha 5 membri, u tħaddem magħha 25 persuna full-time.  Bħalissa din il-koperattiva qed taħdem 7 tenders pubbliċi ta’ restawr fuq is-swar fil-Belt, il-Birgu u l-Imdina.  Din il-koperattiva bħalissa għaddejja bir-restawr tal-Cappella Ardente tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, u bosta siti prestiġjużi oħrajn.  Re-Coop għalhekk hija eżempju ċar ta’ kemm koperattiva tista taħdem b’mod eżemplari f’oqsma ta’ valur miżjud għoli.

Re-Coop gawdiet minn bosta skemi u inċentivi li l-Gvern jipprovdi biex iħajjar it-tkabbir ekonomiku.  Il-membri tal-koperattiva Re-Coop huma fil-maġġoranza tagħhom gradwati miċ-Ċentru tar-Restawr ta’ Bighi, fil-waqt li l-koperattiva innifisha hija l-prodott tal-Kordin Business Incubation Centre (KBIC).  Din il-koperattiva llum qed taħdem fuq bosta proġetti ta’ restawr li l-Gvern qed jagħmel grazzi għall-fondi ERDF tal-Unjoni Ewropea, fil-waqt li gawdiet ukoll mill-iskemi Employment Aid Programme, u Training Aid Framework tal-ETC.

Jason Azzopardi tenna li din hija koperattiva eżemplari, li tipprattika l-valuri ta’ ekonomija soċjali u ċivili.  Huwa qal li jeħtieġ ikollna iżjed li jagħżlu din it-triq.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

More Press Releases Right arrow