IL-MINISTRU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT, TONIO FENECH, JATTENDI GĦAL ŻEWĠ LAQGĦAT FI BRUSSELL
Il-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech, ħalla Malta għal Brussell, fejn se jipparteċipa għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) kif ukoll tal-Eurogroup. Tonio Fenech hu akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri u mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana.
Fi Brussell, se ssir ukoll Laqgħa Ministerjali Intergovernattiva dwar il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (ESM).
Il-qagħda ekonomika u finanzjarja tal-Grecja, l-Irlanda u l-Portugall tibqa’ tiddomina l-aġenda tal-Ministri tal-Finanzi Ewropej. Fil-każ tal-Portugall, wara li l-Kummissjoni approvat programm ekonomiku komprensiv, maqbul mal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-istess Portugall, dan l-istess programm u l-għajnuna finanzjarja relatata se jitpoġġew fuq il-mejda tal-ECOFIN għad-diskussjoni. Dan il-programm huma mibni fuq impenn tal-Portugall li jnaqqas id-defiċit għal 5.9% din is-sena għal taħt it-3% fl-2013.
F’rapport ippubblikat il-ġimgħa li għaddiet, il-Kummissjoni Ewropea esprimiet il-fiduċja tagħha li Malta se tkompli mixja fit-triq ta’ sostenibbiltà finanzjarja tant li qalet li tistenna li din is-sena d-defiċit se jkompli jinżel għal 3%. Dan huwa wkoll riżultat tat-tkabbir ekonomiku tajjeb, li fl-2010 kienet fost l-aktar b’saħħtu fl-UE.
Other Press Releases:
PR262006
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR262005en