Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAS-SAHHA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’

pr0946
Date Icon 15/05/2011

L-Oppozizzjoni taghti informazzjoni hazina u trewwah ir-razzizmu

L-Oppożizzjoni qed tuża, ton razzist u zenofobiku fil-konfront ta' infermiera barranin.

L-informazzjoni zbaljata ppubblikata fil-gazzetta tal-oppozizzjoni ġiet repetuta wkoll mill-Kap tal-Oppożizzjoini Joseph Muscat dalgħodu. 

Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jikkundanna l-informazzjoni qarrieqa li ngħatat mill-Kap tal-Oppozizzjoni u l-gazzetta l-Kulħadd.  Jikkundanna wkoll id-dikjarazzjonijiet li jrewħu z-zenofobija u li jagħmlu differenzi bejn poplu u ieħor. 

Hu qarrieqi li jingħad li l-Maltin tħallew barra biex jiddaħħlu l-Pakistani.  Il-Kulħadd qiegħda tagħti informazzjoni skorretta sabiex tizgwida. 

L-infermiera KOLLHA Maltin fil-lista msemmijja mill-gazzetta Kulħadd tal-15 tà Mejju, liema lista, il-gazzetta għazlet li tippubblika parti biss minnha, dahlu jahdmu kollha. Konvenjentement il-Kulħadd għażlet li tħalli barra 10 infermiera Pakistani li ma kinux eliġibbli u 18 oħra  barranin li għal xi raġuni jew oħra ma ġewx ikkunsidrati għall-intervista.  L-infermiera Maltin li applikaw biex jidħlu jaħdmu mal-Gvern gew aċċettati u sahansitra bdew jaħdmu tul is-sajf (b'mod temporanju) qabel il-barranin sakemm ħareg ir-riżultat u wara żammew il-post tax-xoghol tagħhom.

Il-riżultat li gie ppubblikat mill-Kullhadd mhux komplet. Hija lista li turi liema infermiera kellhom l-aktar kwalifiki u esperjenza. Hafna mill-infermiera Maltin li applikaw kienu ghadhom kif lestew il-kors taghhom u għalhekk skond parametri stretti tal-Public Service Commission ma setghux jinghataw marki ghall-esperjenza iżjed minn dawk li nghataw lill-infermiera Pakistani li whud minnhom ghandhom aktar minn degree wieħed u aktar snin ta' esperjenza f'dan il-qasam.

Il-Kulhadd qed tiddiskrimina wkoll bejn ix-xoghol differenti tal-infermiera f'pajjizna bhal li kieku x-xoghol tal-infermiera fi sptar jew f'iehor huwa ahjar. It-tahrig specjalizzat li qed jinghataw l-infermiera f'pajjizna turi li m'hemm l-ebda differenza bejn infermiera li jahdmu fi sptar generali, akut, ta' rijabilitazzjoni jew tal-anzjani.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

More Press Releases Right arrow