LAQGĦA BEJN IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JASON AZZOPARDI U D-DEPUTAT DIRETTUR ĠENERALI GĦALL-INTRAPRIŻA U L-INDUSTRIJA DANIEL CALLEJA CRESPO
Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi illum kellu laqgħa mad-Deputat Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija (ENTR) Daniel Calleja Crespo. Huwa kien akkumpanjat mid-Direttur (DG ENTR) Joanna Drake. It-tnejn jinsabu f’Malta fl-okkażjoni tal-Laqgħa tal-Unjoni Tal-Mediterran, il-EuroMed.
Id-Deputat Direttur Ġenerali Calleja Crespo li inħatar mill-Kummissjoni Ewropea bħala SME envoy għall-Unjoni Ewropea feraħ lis-Segretarju Parlamentari Azzopardi li kien maħtur fl-aħħar ġimgħat mill-Gvern Malti bħala SME envoy għal Malta.
Huma tkellmu dwar suġġetti varji li jirrigwardaw in-Negozji Żgħar fl-Ewropa, kif ukoll ir-realtà tal-intrapriża lokali.
Is-Segretarju Parlamentari aġġorna lid-Deputat Direttur Ġenerali dwar l-aħħar żviluppi tal-Att dwar in-Negozji Żgħar (SBA Malta) li bħalissa qed jiġi diskuss fil-Parlament.
Min-naħa tiegħu id-Deputat Direttur Ġenerali kellu kliem ta’ tifħir għal dak li qed ikun issuġġerit fl-Abbozz tal-istess liġi. Huwa stieden lis-Segretarju Parlamentari Azzopardi biex iktar tard dan ix-xahar, waqt l-ewwel laqgħa ghal SME envoys f’Budapest, jagħmel preżentazzjoni dwar dak li qed jiġi inkorporat fl-Abbozz tal-SBA (Malta), bħala eżempju ta’ prattika tajba, biex dan jinqasam ma’ pajjiżi oħrajn.
Other Press Releases:
PR262005en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...
PR262005