STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT B’REAZZJONI GĦALL-ISTQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-KOMUNIKAZZJONI TAL-PARTIT LABURISTA DWAR IL-KAŻ TAL-VAT
Dan hu Gvern li jiggieled l-abbuż. Kien il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech li talab lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga meta kien infurmat b’allegati każi ta’ frodi fid-Dipartiment tal-VAT u li waqqaf ukoll Bord Intern li jevalwa x’titjib għandu jsir fid-dipartiment.
Għall-kuntrarju, l-Oppożizzjoni fl-opportuniżmu tagħha qed tiddefendi dawk li kienu involuti fil-frodi billi tiddefinihom bħala ‘ħut zgħir’. L-aġir tal-Oppożizzjoni jixraqlu kull kundanna.
Fix-xhur li għaddew ittieħdu diversi miżuri.
Dan jinkludi t-twaqqif ta’ taqsima ta’ analiżi u kontroll, li jwettaq kontroll u awditjar intern fuq xogħol imwettaq mill-uffiċċjali tad-dipartiment biex ikun assigurat li r-regolamenti u l-proceduri jiġu segwiti kif jixraq; li janalizza talbiet għal refunds u jwettaq risk assessements.
Iddaħħlu kontrolli addizzjonali fuq claims għal refunds. Dawn qed jiġu skrutinizzati u jekk ma jgħaddux mill-kriterji neċessarji, jinżammu għal investigazzjoni ulterjuri.
Il-liġi tal-VAT ġiet emendata biex jitqies bħala offiża kriminali, jekk wieħed jonqos li jipprovdi lill-kummissarju, meta mitlub, kull kopja użata jew vojta ta’ riċevuti fiskali fil-pussess tiegħu. Emenda oħra kienet marbtua mal-fatt li jekk persuna tinsab fil-pussess ta’ software li jħassar jew jagħmel ħsara fuq informazzjoni jew records, u dan japplika wkoll għal fornitur ta’ dan is-software.
Other Press Releases:
PR262005en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...
PR262005