AKTAR MINN 950 SAJJIED INGĦATAW TAĦRIĠ DWAR SAĦĦA U SIGURTÀ
Dalgħodu l-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali George Pullicino żar iċ-Ċentru tal-ISTC (International Safety Training Centre) fejn matul l-aħħar xhur aktar minn 950 sajjied ingħataw taħriġ dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Dan it-taħriġ inkuda komponenti kemm teoretiċi kif ukoll prattiċi u kopra fost oħrajn taħriġ dwar salvataġġ bażiku fuq il-baħar, first aid u tifi tan-nar.
Il-Ministru Pullicino qal li dan it-taħriġ sar b’investiment ta’ madwar €230,000 b'kofinanzjament ta' 75% mill-Unjoni Ewropea u 25% minn Fondi Nazzjonali. Dawn il-fondi jiffurmaw parti mill-Fond Ewropew tas-Sajd li għas-snin 2007-2013 ilaħħaq l-ammont ta' € 11-il miljun.
Is-sajjieda professjonali u dawk part time li ngħataw dan it-taħriġ bażiku dwar saħħa u sigurtà fuq il-bahar ingħataw ċertifikat. It- taħrig sar skont l-iStandards of Training, Certification and Watchkeeping (STCW) kompilati mill-International Maritime Organization (IMO). Il-Ministrru Pullicino rringrazzja lis-sajjieda u l-koperativi tas-Sajd li b'impenn ipparteċipaw f'dan il-kors.
Other Press Releases:
PR262005en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...
PR262005