Left arrow Go Back

IKOMPLU L-ATTIVITAJIET TAL-AĠENZIJA ŻGĦAŻAGĦ FL-OKKAŻJONI TAS-SENA EWROPEA-ĊINIŻA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ 2011

pr0879
Date Icon 06/05/2011

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, l-Onorevoli Clyde Puli illum żar iċ-Ċentru Kulturali Ċiniż fil-Belt Valletta fil-preżenza ta’ numru ta’ żgħażagħ mill-Kulleġġi Santa Margerita u Santa Klara. Din kienet inizjattiva tal-Aġenżija Żgħażagħ flimkien mal-Ambaxxata Ċiniża f’Malta u ċ-Ċentru Kulturali Ċiniż bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet f’Malta tas-sena konġunta Ewropea-Ċiniża taż-Żgħażagħ 2011.


Preżenti għal din l-attività kien hemm ukoll l-Ambaxxatur taċ-Ċina f’Malta l-E.T. Zhang Keyuan, id-direttur taċ-Ċentru Kulturali Ċiniż Gu Hongxing kif ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Żgħażagħ Miriam Teuma.


Matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu ttella’ programm għaż-Żgħażagħ mill-iskejjel li kien jinkludi wirja fotografika, dimostrazzjonijiet tas-snajja’ manwali tradizzjonali u kaligrafija Ċiniża, preżentazzjoni u konkors rigward l-għarfien dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Ewropa u ċ-Ċina. Iċ-ċentru baqa’ miftuħ matul il-ġurnata kollha għaż-Żgħażagħ, rappreżentanti tal-għaqdiet taż-żgħażagħ u l-pubbliku.

Is-sena konġunta Ewropea-Ċiniża taz-Żgħażagħ 2011 tnediet uffiċjalment fi Brussell permezz ta’ ċerimonja tal-ftuħ li saret fil-11 ta’ Jannar 2011. Din kienet opportunità għal mitt żagħżugħ/a Ewropew u mitt żagħżugħ/a Ċiniż li ltaqgħu u ddiskutew diversi temi li jolqtuhom mill-qrib. Din is-sena se tgħin sabiex: tippromovi d-djalogu interkulturali, issaħħaħ il-ħbiberija bejn Żgħażagħ Ewropej u Ċiniżi u tgħin sabiex Żgħażagħ Ewropej u Ċiniżi jifhmu aktar lil xulxin. Din is-sena għandha l-għan ukoll li tinkoraġġixxi liz-Żgħażagħ sabiex jappoġġjaw l-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina u jinħoloq impatt pożittiv kemm fl-Unjoni Ewropea u fiċ-Ċina sabiex din il-kooperazzjoni tibqa’ fis-seħħ matul is-snin li ġejjin.

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tas-sena konġunta Ewropea-Ċiniża taż-Żgħażagħ 2011, qed ikunu organizzati diversi attivitajiet kemm fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fiċ-Ċina. Dawn jinkludu fost l-oħrajn sezzjonijiet ta’ djalogu dwar temi komuni li jolqtu liz-Żgħażagħ Ewropej u Ċiniżi. Is-sena konġunta  Ewropea-Ċiniża taz-Żgħażagħ 2011 ħabtet fl-għaxar anniversarju tas-sena internazzjonali tal-volontarjat u matul l-istess sena Ewropea ddedikata lill-volontarjat. Għalhekk ma setax jonqos li matul din is-sena se jittellgħu numru ta’ inizjattivi sabiex jinkoraġġixxu l-volontarjat minn Żgħażagħ Ewropej u Ċiniżi.


Aġenzija Żgħażagħ qed ittella’ numru ta’ attivitajiet u inizjattivi għaż-Żgħażagħ fis-sena konġunta Ewropea-Ċiniża taz-Żgħażagħ 2011. Dawn jinkludu żjara ta’ delegazzjoni ta’ Żgħażagħ Ċiniżi f’Malta fil-ġimgħat li ġejjin sabiex jipparteċipaw fil-youth week bil-għan li jinħoloq aktar djalogu bejn Żgħażagħ Maltin u Ċiniżi u jinħolqu aktar opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta u ċ-Ċina jisħqu fuq l-importanza tad-djalogu u d-diplomazija għat-tisħiħ tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali

PR262005

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta u ċ-Ċina jisħqu fuq l-importanza...

More Press Releases Right arrow