STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ DWAR L-IŻVILUPPI FIL-ĠAPPUN
Id-Dipartiment għar-Regolazzjoni tas-Saħħa Pubblika ilu għal dawn l-aħħar jiem isegwi mill-qrib l-iżviluppi fil-Ġappun wara li splodew tnejn mit-tliet reatturi nukleari f’Fukushima.
Mill-informazzjoni miġbura s’issa jidher li fl-Ewropa ma’ hemm l-ebda riskju ta’ radjazzjoni, la b’mod dirett u lanqas b’mod indirett permezz ta’ ikel u prodotti oħra importati mill-Ġappun.
Peress li s-sitwazzjoni fil-Ġappun għadha instabbli ħafna, id-Dipartiment javża lill-pubbliku li bħala prekawzjoni huwa rakkomandat li vjaġġi lejn il-Ġappun, speċjalment lejn Tokyo u t-Tramuntana tal-pajjiż, isiru biss għal raġunijiet essenzjali.
Id-Dipartiment ser ikompli jsegwi l-iżviluppi li jkun hemm u jekk ikun hemm xi tibdil sostanzjali li jista’ jkollu effett fuq is-saħħa, il-pubbliku jkun infurmat.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003