STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT B’RISPOSTA GĦALL-ISTQARRIJA TAL-ONOR LEO BRINCAT
Il-Gvern se jagħlaq il-Power Station tal-Marsa bħalma għalaq l-inċineratur ta’ San Luqa, il-miżbla tal-Magħtab u l-miżbla tal-Qortin
Il-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment itenni dak li qal f’dawn l-aħħar jiem, li l-Gvern se jagħlaq il-Power Station tal-Marsa darba għal dejjem. Il-Gvern diġà għalaq postijiet oħra li kienu sors ta’ tniġġis fosthom l-inċineratur tal-Isptar San Luqa, il-miżbliet tal-Magħtab u l-miżbla tal-Qortin. L-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tal-arja hu ċar u konsitenti.
Id-deċiżjonijiet u l-investimenti li qed jagħmel il-Gvern kollha jwasslu għal għeluq tal-Power Station.
L-Oppożizzjoni f’kull okkażżjoni li kellha għamlet il-bsaten fir-roti għall-investimenti ġodda biex pajjiżna jiġġenera elettriku minn sorsi nodfa u minn sorsi li jniġġsu anqas:
• L-Oppożizzjoni opponiet l-investiment f’Delimara li qed isir skont standards ambjentali Ewropej
• L-Oppożizzjoni issa qed tipprova tiżra d-dubju anki dwar l-interconnerctor
• Meta sar l-immodernizzar tal-impjant ta’ Sant’Antnin biex mill-iskart jibda jiġi ġenerat l-elettriku, Dr Joseph Muscat għamel kampanja qalila kontra l-immodernizzar tant li ħadem biex l-Unjoni Ewropea twaqqaf il-fondi għal dan il-proġett
• Meta l-Gvern ħabbar li se jsir studju dwar il-windfarms biex mir-riħ jiġi ġenerat l-elettriku, il-Kap tal-Oppozizzjoni beda jbeżża lill-bdiewa
Il-Gvern baqa’ determinat li jinvesti biex l-enerġija tiġi ġenerata bl-aħjar mod, u b’hekk titjib il-kwalità tal-arja.
Minkejja li l-Power Station tal-Marsa se tingħalaq u b’hekk titjieb il-kwalità tal-arja u jitjieb l-ambjent, il-Gvern xorta qed jinvesti fiha biex tikkawża anqas tniġġis fiż-żmien temporanju li baqgħalha. Dan qed isir b’inizjattivi li jkomplu jnaqqsu l-emissjonijiet, fosthom bl-użu ta’ fuel li fih anqas sulphur. Li kieku għaddiet tal-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat dwar Delimara, kien ifisser li l-Power Station tal-Marsa trid tibqa’ miftuħa.
L-istrateġija tal-Oppożizzjoni tibqa’ li tfixkel kull investiment li jsir favur l-iżvilupp u l-immodernizzar ta’ pajjiżna. L-Oppożizzjoni dejjem kienet kontra jew xeħtet dubji fuq investimenti li jiggarantixxu s-sostenibbiltà tal-ġenerazzjoni tal-enerġija f’pajjiżna. L-Oppozizzjoni bl-istrategija tagħha qed turi li ma jinteressahiex mill-postijiet tax-xogħol. Ix-xogħol ikompli jinħoloq f’pajjiżna bi provvista tajba ta’ elettriku.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003