Left arrow Go Back

KOSTRUZZJONI TA’ TOROQ RESIDENZJALI ĠODDA

pr0500
Date Icon 15/03/2011

Il-Gvern permezz ta’ Transport Malta (TM) qed jidħol għal pjan intensiv ta’ kostruzzjoni ta’ toroq residenzjali ġodda bit-tir li sa nofs 2012 TM tkun bniet it-toroq li qatt ma nbnew mill-Gvern u li fihom aktar minn 70% tar-residenzi huma mibnija.

TM se tkun qed tagħmel 202 triq oħra bi spiża globali ta’ €7.85m (ara l-lista annessa).

Framework Agreement u l-Quality Assurance Unit (QAU)

• Fil-bidu ta’ Jannar 2010 daħal fis-seħħ Avviz Legali 29/2010 li jiġbor fih regolamenti li jirregolaw l-operat kollu tax-xogħlijiet li jsiru fit-toroq ta’ pajjizna. Dan l-Avviz Legali jelenka diversi fatturi u jinkludi miżuri iebsin għal minn jikser xi waħda mir-regolamenti stabbiliti. Qed jitħaddem proċess li bih il-kuntratturi jkunu avżati ta’ kull kontravenzjoni u wara li jiġu mwissija jekk il-kontravenzjonijiet ma jkunux indirizzati allura jittieħdu l-passi Legali u joħorġu l-pieni applikabbli.

• Kull kuntratt ta’ xogħol mogħti mill-Enemalta, RID u WSC ġie trasferit lil QAU sabiex tkun tista’ ssir superviżjoni aħjar u jiġu osservati l-liġijiet applikabbli. Dan kien l-ewwel pass qabel ma ħareġ il-Framework Agreement li  jirregola l-operat kollu ta’ l-interventi fit-toroq minn dawn it-tliet entitajiet pubbliċi

• Wasalna issa għat-tieni pass. Il-Framework Agreement bejn it-TM u  29 kuntrattur ġie ffinalizzat wara proċess ta’ tender maħruġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti.  Is-sottomissjonijiet kienu evalwati u l-kuntratturi ġew graded minn skala ta’ 1 sa 3 fuq bażi ta’ esperjenza f’dan il-qasam tax-xogħol, apparat kif wkoll parametri tekniċi oħra.

• Il-kuntratturi mpoġġija f’livell 1 (l-aktar baxx) ser jiġu mqabbda sabiex jagħmlu manteniment u interventi minuri f’toroq lokali u xogħol ta’ trinek sa 50 metru, kuntratturi f’livell 2  xogħlijiet minuri f’toroq lokali u arterjali u trinek sa 200 metru. Filwaqt li kuntratturi mpoġġija f’livell 3 ser ikunu qegħdin jagħmlu xogħlijiet ta’ bini ta’ toroq residenzjali u arterjali, interventi oħra  u trinek ta’ ‘l fuq minn 200 metru.

• Ix-xogħlijiet jiġu allokati wara sejħiet perjodiċi lill-kuntrattur li jitfa’ l-irħas offerta, madankollu s-sejħiet sussegwenti joħrġu biss lil dawk il-kuntratturi li jkunu spiċċaw ix-xogħlijiet fil-perjodu stipulat u skont is-sena. Ovvjament TM se tkun qed tara li f’kull proġett jintlaħqu l-istandards kollha ta’ kwalità u sigurtà.

• Apparti x-xogħlijiet ta’ koordinazzjoni  l-QAU min-naħa tagħha ser tkun qed tassigura li :-

i. l-iskemi  ta’ Traffic Management miftehma jiġu implimentati; u

ii. Sigurtà adekwata fuq il-lant tax-xogħol kemm għall-ħaddiema, għar-residenti, kif wkoll għal min ikun għaddej mill-inħawi.

Kuntratturi  li ma josservawx dawn il-provedimenti ser ikun mmultati penali ħorox kif wkoll ma jitħallewx jidħlu għal aktar offerti ta’ xogħol taħt dan il-Framework Agreement.

Dan l-Agreement ma jgħoddx għal xogħlijiet ko-finanzjati mill-UE bħalma huma t-toroq tat-Ten-T.

pr0500.pdfpr0500.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow