Left arrow Go Back

DISKUSSJONIJIET DWAR IT-TISĦIĦ TAL-ISTABBILTÀ EKONOMIKA U FINANZJARJA FL-UNJONI EWROPEA

pr0484
Date Icon 14/03/2011

Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech, ħalla Malta għal Brussell, fejn se jipparteċipa għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) kif ukoll tal-Eurogroup. Tonio Fenech hu akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri u mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana.

Fi Brussell, se ssir il-Laqgħa Ministerjali Intergovernattiva dwar il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (ESM).

Il-kriżi finanzjarja u ekonomika li affettwat lid-dinja tul l-aħħar sentejn tibqa’ fuq quddiem tal-aġenda hekk kif il-Ministri se jiddiskutu l-qagħda attwali u żviluppi riċenti, speċjalment fid-dawl tat-tbassir ippreżentat riċentement mill-Kummissjoni Ewropea.

F’dan il-kuntest, il-Ministri se jiddiskutu Regolamenti li jikkonċernaw l-aspetti preventivi u korrettivi tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir kif ukoll regolament dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja taż-żona ewro. Dawn kollha għandhom l-għan li jsaħħu l-qafas baġitarju tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea bl-għan li safejn hu possibbli, jiġu evitati kriżijiet simili fil-futur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow