Left arrow Go Back

NHAR IL-ĦADD ATTIVITÀ GĦALL-FAMILJA BIEX JITFAKKAR IL-JUM DINJI GĦAD-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR 2011

pr0466
Date Icon 11/03/2011

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għad-Drittijiet tal-Konsumatur li matulu jiġu mfakkra d-drittijiet bażiċi li għandhom il-konsumaturi madwar id-dinja, id-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni qed jorganizza attività għall-familja kollha ġewwa l-picnic area ta’ Ta’ Qali, ma ġenb il-BOV Adventure Park. Din l-attività ser tittella nhar il-Ħadd, 13 ta’ Marzu, bejn 12:00 p.m. u s-6:00 p.m. Min iżur din l-attività ser isib logħob, mużika, drama, sports, ikel tradizzjonali u artiġġjanat.  Taħlita ta’ attivitajiet li żgur ser jolqtu l-gosti ta’ kull min ser jattendi.

Minbarra dawn l-attivitajiet ta’ divertiment u peress li l-informazzjoni hija l-aqwa għodda li jista’ jkollhom il-konsumaturi u min ibigħ, kull min ser jiġi jżurna ġewwa Ta’ Qali ser jiġi pprovdut  b’materjal informattiv fuq id-drittijiet u l-obbligi tiegħu, u ser ukoll ikollu l-possibiltà jistaqsi dwar id-diffikultajiet tiegħu lill-uffiċċjali tad-Dipartiment li ser ikunu preżenti apposta.

L-edukazzjoni u l-informazzjoni tal-konsumatur u ta’ min ibigħ jilgħabu rwol importanti biex iż-żewġ partijiet ikunu jafu l-ewwelnett kif il-liġi tipproteġihom meta jsibu ruħhom f’ċirkustanzi partikolari, però importanti wkoll li jkunu jafu l-obbligi u r-responsabbiltajiet tagħhom biex jiġu evitati l-problemi u l-ilmenti li fl-aħħar mill-aħħar ma jgawdi minnhom ħadd.

Minbarra d-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni fl-attivita’ ta’ Ta’ Qali ser jipparteċipaw entitajiet oħra li ser jipprovdu informazzjoni lill-pubbliku. Dawn huma, l-Awtorità Maltija għall-Istandards, il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur, l-Għaqda tal-Konsumaturi, id-Dolceta, u ċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur f’Malta.

Waqt din l-istess attività l-Onorevoli Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, ser jippreżenta rigali lill-istudenti li ħadu sehem u rebħu kompetizzjonijiet organizzati mid-Direttorat għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan id-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni.

Kullħadd huwa mistieden jattendi din l-attività ta’ informazzjoni u divertiment. Id-dħul għal dawn l-attivitajiet huwa b’xejn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow