Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JASON AZZOPARDI JATTENDI LAQGĦA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-UNJONI EWROPEA GĦALL-KOMPETITTIVITÀ

pr0462
Date Icon 10/03/2011

Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi jinsab ġewwa Brussel jattendi laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea għall-Kompetittività. 

Fil-laqgħa tal-lum fost l-oħrajn qed jiġu diskussi dawn it-temi:

• Evalwazzjoni Interim tas-7 programm ta’ riċerka li jinkludi Risk-Sharing Finance Facility (RSFF)

• L-inizzjattiva Ewropea dwar l-Innovazzjoni Union Flagship

• L-att dwar is-Suq Waħdieni (Single Market)

• Id-Direttiva dwar is-Servizzi

• Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri, li tawtorizza koperazzjoni avvanzata li twassal għall-ħolqien ta’ privattiva waħdanija għall-Ewropa.

• L-istrateġija Ewropea 2020

• L-Inizzjattiva dwar il-materja prima

Jakkumpanja lis-Segretarju Parlamentari hemm is-Sur Jonathan De Gabriele, Segretarju Privat, u s-Sur Anton Spiteri, Direttur għall-Politika dwar l-Intrapriża fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Invesiment.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow